Il-Kapitali Ukrena spiċċat fil-mira ta’ aktar attakki mill-ajru, liema attakki kienu deskritti minn uffiċjal bħala “qawwa eċċezzjonali”.
L-Ukrajna qalet li 18-il missila twaqqgħu filwaqt li filmat wera id-difiża tal-ajru jeqirduhom għal kollox.
Jidher li tliet persuni ndarbu f’dan l-attakk fejn mhux biss intużaw il-missili imma anke drones.
Fl-aħħar ġimgħat ir-Russja kompliet iżżid l-attakki tagħha mill-ajru f’tentattiv biex tantiċipa l-offensiva mistennija min-naħa tal-Ukreni.
Kien il-Kap tal-Forzi Armati Ukreni Valerii Zaluzhny li qal li r-Russja attakkat lil Kyiv minn diversi bnadi u li ntużaw dawn il-missili mill-ajru, baħar u anke minn fuq l-art.
Il-Kap tal-amministrazzjoni militari Ukrena Serhiy Popko ddeskriva dan l-attakk bħala wieħed bl-akbar ammont ta’ missili sparati fl-inqas ħin.
L-Ukrajna qalet li fost il-missili sparati u mwaqqgħin minnha kien hemm sitta li r-Russja ddikjarat fil-passat li ma setgħux jitwaqqfu minn l-ebda difiża madwar id-dinja. Madanakollu din id-dikjarazzjoni mhijiex konfermata.
Ir-residenti kienu mwissija biex iżommu ’l bogħod mit-twieqi minħabba tifrik tal-missili li kien għadu nieżel mill-ajru.