Fl-aħħar sigħat, il-forzi Russi wettqu attakk massiv fuq mill-inqas 14-il reġjun fl-Ukrajna. Uffiċjali tal-Gvern Ukren qal li r-Russja wettqu attakk kbir fuq fabbriki taż-żejt fost l-oħrajn.
L-ewwel rapporti qegħdin juru li mill-inqas persuna ċivili nqatlek fir-reġjun ta’ Zaporizhzhia u 30 persuna oħra fosthom tfal kellhom jiddaħlu l-isptar minħabba xi ġrieħi.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li matul il-lejl li għadda r-Russja użat mill-inqas 540 drone biex wettqet dawn l-attakki kif ukoll ġew sparati 45 missila. F’messaġġ li għadda qal li s-sitwazzjoni hija bħala prekarja ħafna u sejjaħ lill-pajjiżi tal-Punent biex b’mod immedjat jikkonsidraw aktar sanzzjonijiet fuq ir-Russja.
Min-naħa tiegħu l-Ministru tad-Difiża Russu qal li “l-miri kollha li kellhom jintlaqtu, ġew milqutin u dawn kieku kollha miri militari.”
Dawn l-attakki seħħew hekk kif il-komunità internazzjonali qiegħda tagħmel dak kollu posibbli biex tieqaf il-gwerra bejn iż-żewġ pajjiżi.