Thursday, December 26, 2024

Ir-Russja b’evidenza li l-Istati Uniti qed tiffinanzja programmi ta’ armi bijoloġiċi fl-Ukrajna

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu saħaq li l-Istati Uniti għandha tagħti spjegazzjoni immedjata lill-komunità internazzjonali dwar x’inhuwa l-għan li qiegħda tagħti tiffinanzja laboratorji bijoloġiċi militari fl-Ukrajna.

It-tħassib li esprimiet il-kelliema tal-Ministeru, Maria Zakharova, huwa minħabba l-fatt li dawn it-tip ta’ armamenti huma perikolużi ferm. “Niftakru kemm għal snin sħaħ u b’riżultati fatali, l-Istati Uniti għamlet studji għal armi differenti kemm dawk tal-kimika, bijoloġiċi, kif ukoll batterjoloġiċi. Dan sar madwar id-dinja kollha fejn fil-verità l-Amerika okkupat artijiet u qatlet in-nies,” sostniet Zakharova.

Hija qalet li riċentement Kyiv beda jneħħi traċċi, bil-għan li jaħbu, dawn it-tip ta’ programmi bijoloġiċi. Il-kelliema saħħet l-agrument tagħha fejn qalet li r-Russja bdiet tirċievi dokumentazzjonijiet minn impjegati Ukreni stess li jaħdmu f’dawn l-imsemmija laboratorji għall-iżvilupp ta’ armi bijoloġiċi. “L-informazzjoni li rċevejna fl-24 ta’ Frar tirrigwarda armi tal-qerda b’patoġeni perikolużi ħafna, pesta, antrax u kolera, fost mard fatali ieħor,” spjegat Zakharova. 

L-istess talba għal trasparenza saret mill-kelliem tal-Kremlin, Dmitry Peskov, fejn huwa wkoll insista fl-importanza li d-dinja kollha tkun taf x’inhuwa l-għan wara dawn il-laboratorji. 

Il-kelliem tal-Ministru tad-Difiża, Igor Konashenkov, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ħabbar li l-evidenza li l-Istati Uniti qiegħda tiffinanzja programmi militari b’armi bijoloġiċi fl-Ukrajna nstabet waqt operazzjoni speċjali li għamlu fl-Ukrajna.

Min-naħa l-oħra l-Pentagon ċaħdu dawn it-tip ta’ programmi fl-Ukrajna.

Ekonomija

Sport