Friday, December 13, 2024

“Ir-Russja lesta li tagħmel ‘kontribuzzjoni sinjifikanti’ sabiex tiġi evitata kriżi imminenti fil-provvista tal-ikel”

Aqra wkoll

Moska lesta li tagħmel “kontribuzzjoni sinjifikanti” biex tevita l-kriżi imminenti fil-provvista tal-ikel. Però, dan huwa possibbli biss jekk il-pajjiżi tal-Punent ineħħu s-sanzjonijiet li imponew fuq ir-Russja. Qal dan il-President Russu Vladimir Putin waqt diskursata li kellu lbieraħ mal-Prim Ministru Taljan Mario Draghi.

Ir-Russja qalgħet daqqa ta’ ħarta meta ġiet affaċċjata b’numru ta’ sanzjonijiet “ħorox” wara li fl-24 ta’ Frar li għadda Putin ta’ ordni lit-truppi Russi biex jinvadu l-Ukrajna.

Is-sanzjonijiet flimkien mal-azzjoni militari ħarbtu l-esportazzjoni tal-provvista tal-fertilizzant, tal-qamħ u ta’ prodotti oħra li jinġiebu mir-Russja u l-Ukrajna. Huwa stmat li dawn iż-żewġ pajjiżi bejniethom jipproduċu 30% tal-provvista globali tal-qamħ.

Ekonomija

Sport