Il-President Ukren, Volodymyr Zelenskiy, wissa li Vladimir Putin u r-Russja lesti jinvadu pajjiżi oħrajn wara li jkunu ħadu taħt idejhom lill-Ukrajna.
Jidher li minkejja li r-Russi wegħdu li se jkunu qegħdin jirtiraw minn xi żoni, dan il-patt mhux qed ikun onorat tant li f’xi partijiet tal-Ukrajna l-attakki ħraxu.
Informazzjoni oħra li qed tkun iċċirkolata qed tindika li l-Ukrajna għandha aktar tankijiet tal-gwerra fl-art mir-Russi. Dan qed iseħħ wara li pajjiżi Ewropej ġeddew il-lealtá tagħhom favur il-President Zelensky u fornewaw b’aktar armamenti.