Sunday, December 22, 2024

Ir-Russja se tibda taħriġ militari li se jinvolvi suldati Ċiniżi

Aqra wkoll

Ir-Russja ħabbret li se tkun qiegħda tagħmel taħriġ militari fil-Lvant tal-pajjiż flimkien ma’ forzi Ċiniżi – dikjarazzjoni li turi biċ-ċar ir-rabtiet li hemm bejn dawn iż-żewġ pajjiżi – u dan fl-isfond ta’ tensjoni ma’ pajjiżi tal-Punent dwar il-kwistjonijiet tal-Ukrajna u anke t-Tajwan. 

Ta’ min jgħid li dan it-taħriġ militari, li se jibda għada u jibqa’ għaddej tas-7 ta’ Settembru, se jkun fuq skala ħafna iżgħar minn dak li kien sar fl-2018 u dan jindika l-pressjoni li bħalissa hemm fuq il-militar Russu li qiegħed isibha diffiċli biex jagħmel l-avvanzi li jixtieq fil-Lvant tal-Ukrajna. 

Dan it-taħriġ militari ngħata l-isem ta’ Vostok 2022 u fih se jkun hemm suldati minn 12-il pajjiż differenti. Dwar dan, il-Ministru tad-Difiża Russu qal li dan it-taħriġ bl-ebda mod mhu qed jiġi affettwat b’dak li għaddej ġewwa l-Ukrajna. Iżda kienu bosta dawk li nnotaw li n-numru ta’ suldati involuti huwa ferm iżgħar minn dawk li kienu pparteċipaw fl-2018. Dakinhar kien hemm 300,000 suldat li ħadu sehem, filwaqt li issa hemm biss 50,000. Il-ministru Russu kompla jgħid li waqt it-taħriġ se jkunu utilizzati 140 ajruplan militari u 5,000 tank u vetturi armati – numri li wkoll huma ħafna iżgħar mill-1,000 ajruplan u 36,000 tank u vetturi armati li kienu użati fl-2018.

Ekonomija

Sport