Thursday, December 26, 2024

Ir-Russja sparat missili li jiġbdu l-ossiġnu u jiġġeneraw splużjoni b’arja  taħraq ħafna

Aqra wkoll

Il-gwerra li għaddejja bħalissa bejn ir-Russja u l-Ukrajna ħadet xejra iktar devastanti u krudili wara li r-Russja ammettiet li użat bombi magħrufin bħala “thermobaric” waqt l-invażjoni tagħha tal-Ukrajna.

Is-sistema ta’ dawn l-armi magħrufa bħala TOS-1A jiġbdu l-ossiġnu miż-żona fejn jolqtu u jiġġeneraw splużjoni b’arja taħraq ħafna.

Din is-sistema ta’ bombi taħdem billi kontenituri tal-fjuwil l-ewwel jisplodu biex ixerrdu l-fjuwil fuq żona wiesgħa li wara jieħu n-nar fl-arja. L-effett huwa fatali anke għal dawk li jkunu fi spazji magħluqa.

Filwaqt li l-armi nfushom mhumiex ipprojbit, l-użu tagħhom huwa regolat b’mod strett mil-liġijiet internazzjonali dwar il-kunflitti armati.

Rapporti mill-Ministeru tad-Difiża jgħidu li r-Russja ikkonfermat l-użu tas-sistema tal-armi TOS-1A fl-Ukrajna.

Il-missili ġew sparati fir-reġjun tat-Tramuntana ta’ Chernihiv, skont Zvezdananews, li huwa mifhum li huwa n-netwerk tat-televiżjoni tal-istat Russu mmexxi mill-Ministeru tad-Difiża.

Effett ewlieni tas-sistema TOS-1A huwa li trażżan l-ekwipaġġi tal-artillerija tal-għadu u teqred armi u tagħmir militari.

Sadanittant, il-Ministeru tad-Difiża Brittaniku poġġa filmat li jispjega kif taħdem din is-sistema devastanti ta’ armamenti

u fisser li it-TOS-1A huwa speċi ta’ vettura li minnu jiġu sparati rokits multipli armati b’warheads ta’ dan it-tip.

Din is-sistema kienet intużat ukoll mill-forzi Russi kemm fl-Afganistan kif ukoll fiċ-Ċeċenja.

L-impatt tat-TOS-1A huwa devastanti. Jista’ jeqred l-infrastruttura u jikkawża ħsara sinifikanti lill-organi interni tal-ġisem u ħruq li jirriżulta f’imwiet.

Ekonomija

Sport