Saturday, December 28, 2024

Ir-Russja terġa’ twaqqaf il-provvista tal-gass lejn l-Ewropa minħabba “iktar tiswijiet” fin-Nord Stream 1 

Aqra wkoll

Ir-Russja waqqfet komple­tament il-provvista tal-gass lejn l-Ewropa hekk kif qalet li l-pipeline ewlenija magħrufa bħala Nord Stream 1 għandha bżonn xi tiswijiet.

Il-kum­panija statali Russa Gazprom, li tipprovdi l-gass, qalet li t-tiswijiet se jkunu mifruxa fuq tlett ijiem.  Ir-Russja, li diġà naqqset ħafna l-provvita tal-gass lejn l-Ewropa, qiegħda tiċħad l-akkużi li hija qiegħda tuża din ir-riżorsa bħala arma kontra l-pajjiżi tal-Punent. 

Nord Stream 1 hija pipeline twila 1,200 kilometru u tibda minn St Petersburg fir-Russja, tgħaddi minn taħt il-Baħar Baltiku u tibqa’ sejra sal-Grigal tal-Ġermanja. Din kienet ġiet miftuħa fl-2011, u għandha kapaċità li tipprovdi massimu ta’ 170 miljun kubu ta’ gass kuljum. 

F’Lulju li għadda din il-pipeline kienet ġiet magħ­luqa għal għaxart ijiem – skont ir-Russja dakinhar ukoll kien hemm bżonn xi tiswijiet – u meta reġgħet infetħet din bdiet tissupplixxi biss 20% tal-kapaċità tagħha. Ir-Russja qalet li dan qiegħed iseħħ minħabba ħsarat. 

Ekonomija

Sport