Sunday, November 24, 2024

Ir-Russja thedded b’żieda sinjifikanti fil-prezzijiet taż-żejt

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru Alexander Novak wissa li “Rifjut ta’ xiri taż-żejt mir-Russja se jkollu konsegwenzi katastrofiċi fuq is-suq globali”. Infatti dan se  jkun qed jikkawża żieda sinjifikanti fil-prezzijiet taż-żejt, b’iżjed mid-doppju sa madwar $300 għal kull barmil. Dan wara li l-Ukrajna talbet bil-ħniena lill-pajjiżi tal-Punent sabiex jirrifjutaw ix-xiri taż-żejt u l-gass mir-Russja. 

L-Amerka dan l-aħħar kienet qed tikkonsidra li tingħaqad f’alleanza ma’ pajjiżi oħra sabiex jipprojbixxu x-xiri taż-żejt mir-Russja bħala kastig għall-invażjoni Russa fuq l-Ukrajna. Madanakollu, ilbieraħ 7 ta’ Marzu, il-Ġermanja u l-Olanda rrifjutaw milli jkollhom sehem minn dan il-pjan.

Ta’ min isemmi li l-Unjoni Ewropea timporta 40% tal-provvista tal-gass u 30% tal-provvista taż-żejt mir-Russja u għalhekk dan ma jagħmilhiex faċli sabiex jinstab sostitut ieħor. Infatti, Novak, stqarr li huwa “Impossibbli sabiex is-suq Ewropew isib sostitut ieħor għall-provvista taż-żejt minflok dak Russu f’qasir żmien. Iridu jgħaddu s-snin u l-prezz xorta jibqa’ għoli infern għall-konsumaturi Ewropej”. 

Sport