Sunday, December 29, 2024

Ir-Russja tibbumbardja bliet Ukreni b’iktar minn 100 missila f’lejl wieħed

Aqra wkoll

Oleksiy Arestovych, Konsulent tal-Uffiċċju Presidenzjali, fuq il-midja soċjali stqarr li “Ħbit qawwi mill-ajru li jikkonsisti f’iktar minn 100 missila twaddbu fuq l-Ukrajna” iktar kmieni dalgħodu.

Skont il-midja lokali, l-isplużjonijiet instemgħu fil-kapitali Kyiv, f’Zhytomyr u f’Odessa. F’Odessa u f’Dnipropetrovsk kien hemm qtugħ fil-provvista tal-elettriku bil-għan li l-ħsara fuq l-infrastruttura tal-enerġija tkun waħda minima.

Moska kontinwament tiċħad li għandha fil-mira tagħha lin-nies ċivili, però l-Ukreni jgħidu li l-ibbumbardjar li qed isir ta’ kuljum min-naħa tar-Russi qed jeqred il-bliet u l-infrastruttura tal-pajjiż — minn dik tal-elettriku sa dik medika.

Ekonomija

Sport