Wednesday, October 9, 2024

Ir-Russja tippreżenta pjan ambizzjuż li tibni stazzjon spazzjali ġdid

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kontra dak li ħafna ħasbu r-Russja, li issa ilha aktar minn sentejn tonfoq il-miljuni ta’ ewro fi gwerra mal-Ukrajna, għadha soda finanzjarjament. Xhieda ta’ dan huwa l-investiment ambizzjuż ta’ €6.5 biljuni li dan il-pajjiż għandu ppjanat li jonfoq biex jibni stazzjon spazzjali ġdida. Kulma jħoll u jorbot għas-suċċess tal-bini tagħha huwa suċċess fil-funzjonament tar-rokits ġodda li jġorru piżijiet kbar – l-“Angara A5”. Jekk kollox imur kif ippjanat għall-bini ta’ din l-istazzjon spazzjali ġdida Russa u l-infrastruttura li hemm bżonn għalih fid-dinja, l-ewwel moduli mistennija li jintbagħtu fl-ispazju fi żmien tliet snin.

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Russa TASS, l-amministrazzjoni tal-aġenzija spazzjali Russa “Roscosmos” qalet li l-missjoni li jmiss tagħhom hija din li jibnu stazzjon spazzjali ġdida – ir-Russian Orbita Service Station (ROSS). 

L-ewwel kosmonawti fiha ppjanati li jmorru fl-2028

L-ewwel parti ta’ din l-istazzjon spazzjali f’forma ta’ “X” mistennija tintbagħat fl-orbitu spazzjali fl-2027. Sas-sena 2030 il-pjan huwa li jkunu f’posthom l-erba’ moduli prinċipali segwiti minn tnejn oħra “speċjali”. Dawn tal-aħħar huma ppjanati li jingħaqdu mal-bqija sa-sena 2033. Il-pjanijiet ta’ Roscosmos huma li jintbagħtu l-ewwel kosmonawti fl-istazzjon il-ġdida fl-2028. Mill-ewwel informazzjoni jidher li din l-istazzjon spazzjali Russa tista’ topera mingħajr ekwipaġġ.

Ir-ROSS mistennija li torbita fl-istess altitudni tal-International Space Station, jiġifieri madwar 250 mil fuq id-dinja. Il-pożizzjoni fejn din se tkun hija magħżula apposta biex ikun osservat faċilment il-wiċċ kollu tad-dinja. Barra minnhekk, f’din il-pożizzjoni din se tagħti viżwalità tajba ħafna tar-rotta stateġikament importanti tan-North Sea.

F’dan il-proġett ir-Russja tidher li se tutilizza t-teknoloġija avvanzata tal-Intelliġenza Artifiċjali (AI). Ta dan il-ħjiel id-disinjatur ta’ ROSS, Vladimir Koshevnikov, meta qal li, “l-AI hija teknoloġija li qiegħda tiżviluppa malajr. Se nużawha biex tgħinna però, bażikament, naturalment se nużaw l-imħuħ tagħha”. S’issa għadu mhux magħruf liema tip ta’ AI se jintuża għal dan il-proġett kbir Russu.

Sħab ġodda għar-Russja:

Il-Brażil, l-Indja, iċ-Ċina, l-Afrika t’Isfel u xi pajjiż Afrikani oħra

Ir-Russja kienet membru kruċjali u importanti tal-International Space Station (ISS) flimkien man-NASA, l-Aġenzija Spazzjali Ewropea, JAXA u l-aġenzija spazzjali Kanadiż. Għal din l-istazzjon spazzjali ġdida però, ir-Russja hija rrapportata li qiegħda tfittex sħab ġodda. Dawn huma l-Brażil, l-Indja, iċ-Ċina u l-Afrika t’Isfel flimkien ma’ xi pajjiż Afrikani oħra.

Lura fl-2021 Roscosmos kienu taw ħjiel li jridu jibnu laboratorju tagħhom fl-ispazju bħala suċċessur tal-istazzjon spazzjali tagħhom Mir. F’nofs l-2022, wara l-invażjoni tal-Ukrajna u żieda fit-tensjoni bejn ir-Russja u pajjiżi oħra tal-Punent, Roscosmos ħabbru li se jitlqu mill-program spazzjali ISS wara l-2024. Minn dakinhar kien tħabbar li dawn se jibqgħu fuq l-ISS sal-2028.

Minkejja li d-data eżatta ta’ meta r-Russja se titlaq mill-ISS għadha mhiex magħrufa, il-pjan li ppreżentaw jindika li l-aġenzija spazzjali Russa trid tavvanza l-interessi u l-miri tagħha għal sigurtà u żvilupp xjentifiku personali. Avvanzi li skont Roscosmos ġew imxekkla minħabba ftehim internazzjonali fis-seħħ fuq l-ISS. 

L-ISS mistenni li jinħareġ mill-orbitu fl-2030 imma għandu mnejn jibqa’ jopera sakemm jinbnew stazzjonijiet spazzjali kummerċjali. Sadanittant, hemm kwistjoni għaddejja ta’ kemm verament ir-Russja tista’ taqbad ħwejjiġha u t-titlaq mill-ISS. Barra li skont esperti dan il-pajjiż għandu ċerti obbligi internazzjonali fir-rigward, hemm min qiegħed isostni li r-Russja bħalissa qiegħda tikkonċentra l-infiq tagħha “f’affarijiet oħra”. Dan b’indikazzjoni għall-infiq militari sostnut għall-gwerra fl-Ukrajna.

Ir-Russja tippreżenta pjan ambizzjuż li tibni stazzjon spazzjali ġdid

Minkejja l-infiq fil-gwerra mal-Ukrajna r-Russja se tidħol għal proġett kbir smat li se jiswa €6.5 biljuni…

minn Carmen Cachia          [email protected]

Sport