Sunday, November 24, 2024

Ir-Russja tirdoppja n-numru ta’ dniefel imħarrġa li jħarsu l-bażi navali tagħha fil-Krimea

Aqra wkoll

Ir-Russja rduppjat in-numru ta’ dniefel li huma mħarrġa sabiex iħarsu l-flotta tagħhom tal-hekk imsejjaħ il-Baħar l-Iswed.

Rapporti li ċċirkolaw fuq diversi sorsi tal-midja internazzjonali qalu li dawn l-annimali kienu qegħdin josservaw il-bażi navali tagħhom u l-vapuri tal-gwerra tal-Kremlin. Dan hekk kif f’dawn l-aħħar xhur, Sevastopol — wieħed mill-portijiet ewlenin fuq il-Baħar l-Iswed fejn jinsab il-Kwartieri Ġenerali tal-flotta Russa — esperjenza attakki regolari permezz ta’ drones mill-Ukrajna li qanqal tħassib fost il-militar Russu.

Ġie rrapurtat ukoll li s’issa kien hemm madwar sitt jew sebat idniefel li ngħataw it-taħriġ neċessarju. Dan b’kuntrast għas-sena l-oħra, għaliex meta bdiet l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna kien hemm biss tliet idniefel imħarrġin.

Dawn id-dniefel qed jitwaħħlilhom apparat tekonoloġiku li permezz tiegħu jkunu jistgħu jinterċettaw l-armi tal-għadu u minnufih jinfurmaw b’dan lill-operaturi.

Moska ssostni li l-annimali kienu parti mill-unità fil-Krimea u li lura fl-2013 żewġ terzi tad-dniefel militari tar-Russja kienu assenjati mal-Baħar l-Iswed sabiex jgħassu u jwettqu tfittxijiet kontinwi.

Sport