Tuesday, December 24, 2024

Ir-Russja tirtira l-appell kontra t-tkeċċija mit-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

L-Unjoni tal-Football Russa rtirat l-appell tagħha kontra d-deċiżjoni tal-FIFA li tkeċċi lir-Russja mit-Tazza tad-Dinja wara l-invażjoni tal-pajjiż fl-Ukrajna.

Il-clubs u t-timijiet nazzjonali Russi bħalissa huma sospiżi mill-korp governattiv dinji, kif ukoll mill-korp Ewropew, il-UEFA, li jfisser li r-Russja ma tħallitx tilgħab is-semi-finali tal-play-off tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Polonja x-xahar li għadda.

Il-Polonja, flimkien mal-Isvezja u r-Repubblika Ċeka, li kkontestaw is-semi-finali l-oħra fl-istess triq ta’ kwalifikaz­zjoni, it-tlieta li huma  rrifjutaw li jilagħbu kontra r-Rus­sja.

Numru ta’ pajjiżi oħra, fosthom l-Ingilterra, kienu qalu wkoll li se jibbojkottjaw partiti kontra r-Russja.

Il-Polonja ngħataw bye għall-finali tal-play-off, fejn għelbu lill-Isvezja biex ibbukkjaw posthom fil-Qatar aktar tard din is-sena.

L-RFU ħadet il-każ tagħha quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport, iżda l-CAS qalet nhar it-Tlieta li l-appell kontra l-projbizzjoni ġie rtirat fit-30 ta’ Marzu.

“Din il-proċedura se tintemm dalwaqt,” żiedet il-CAS fi stqarrija.

Madankollu, l-RFU qed iżomm l-appell tagħha kontra l-projbizzjoni tat-timijiet Russi fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA.

Spartak Moscow tkeċċew mill-Europa League, filwaqt li t-team ta’ taħt il-21 tal-pajjiż tkeċċa mill-kompetizzjoni u t-team tan-nisa tagħhom huwa pprojbit mill-Euro 2022 dan is-sajf.

Data għall-appell għad trid tiġi stabbilita’, b’panel ta’ arbitri bħalissa qed jitqiegħed flimkien.

Ekonomija

Sport