Tuesday, November 26, 2024

Ir-Russja toħroġ mill-Kunsill tad-Drittijiet Umani tan-NU wara li ġiet sospiża

Aqra wkoll

L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti vvotat favur li r-Russja tiġi sospiża mill-Kunsill tad-Drittijiet Umani tan-Nazz­jonijiet Uniti minħabba rapporti ta’ “ksur sistematiku u abbużi fuq id-drittijiet umani” ġewwa l-Ukrajna. Immedjatament hekk kif saret din id-deċiżjoni, ir-Russja telqet għalkollox minn dan il-kunsill.

It-talba għas-sospensjoni tar-Russja minn dan il-kunsill kienet imressqa ’l qudd­iem mill-Istati Uniti. B’kollox kien hemm 93 vot favur, 24 kontra u 58 astensjoni. Din il-mozzjoni riedet il-vot ta’ żewġ terzi tal-membri – l-astensjonijiet ma jiġux ikkunsidrati – biex ir-Russja tiġi sospiża. 

Immedjatament wara l-vot, id-Deputat Ambaxxatur Russu għan-Nazzjonijiet Uniti Gennady Kuzmin qal li din il-mossa kienet “illeġittima u motivata politikament”. Fid-dawl ta’ dan, ir-Russja qalet li mhix se tibqa’ tifforma iktar parti mill-Kunsill tad-Dritti­jiet Umani. 

Sport