Uffiċjali Russi qalu li kull ajruplan li se jkun qiegħed jingħata lil Ukranja se jkun qiegħed jinqered minnhom. Dan wara li l-Islovakja sar it-tieni pajjiż membru tan-NATO li se jkun qiegħed jagħti MiG-29 lil Kiev.
Il-Ħamis, il-pajjiż ġar tal-Ukranja – il-Polonja – qal li se jkun qeigħed jagħti aktar għajnuna militari biex tiġi miġġielda l-gwerra kontra l-forzi Russi u fost l-oħrajn se jkun qiegħed jagħti ajruplani tal-gwerra.
L-Islovakja s-sena li għaddiet kienet waqfet l-użu tal-ajruplani tal-gwerra u għalhekk dawn m’għadhomx jintużaw. Uħud minnhom se jkunu qegħdin jgħaddu għand l-Ukranja bi ftehim li l-piloti jkunu Ukreni.
Hekk aktar pajjiżi membri tan-NATO li qegħdin jikkonsidraw li jagħtu ajruplani tal-gwerra lil Ukranja.
Dmitry Peskov il-kelliem għal Kremlin qal li l-ajruplani li se jkunu qegħdin jingħataw lil Ukreni mhux se jagħmlu differenza fl-”operazzjoni speċjali” li qed tagħmel ir-Russja. Iżda fl-istess ħin hu sostna li l-militar Russu se jkun qiegħed jeqred dawn l-ajruplani b’mod immedjat.