Saturday, September 14, 2024

Ir-Russja twiegħed risposta b’saħħitha għas-sanzjonijiet

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat ir-Russja wissiet lill-Punent li qiegħda taħdem fuq rispons b’saħħtu u wiesa’ għas-sanzjonijiet li l-Punent impona fuq Moska. Ir-Russja qalet li dan ir-rispons se jinħass fuq l-iktar żoni sensittivi tal-Punent. 

Fil-preżent l-ekonomija Russa qiegħda tiffaċċja l-ikbar kriżi mill-1991 ’il hawn sewwasew minn meta kien hemm il-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika. Dan qiegħed iseħħ wara li l-Punent impona sanzjonijiet qawwija ħafna, kważi fuq is-sistema finanzjarja kollha Russa, wara l-invażjoni li din bdiet ġewwa l-Ukrajna. 

Dmitry Birichevsky – li huwa d-direttur għall-ministeru tal-affarijiet barranin fi Russu ħdan id-dipartiment tal-koperazzjoni ekonomika – qal li, “ir-reazzjoni Russja se tkun veloċi, maħsuba u sensittiva għal min trid tindirizza.”

Nhar it-Tlieta li għadda l-President Amerikan Joe Biden impona sanzjonijiet ġodda fejn ipprojbixxa l-importazzjoni ta’ żejt mir-Russa u affarijiet oħrajn konnessi mal-enerġija. Dwar dan iktar kmieni din il-ġimgħa r-Russja kienet wissiet li jekk l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea jwaqqfu l-importazzjoni taż-żejt mhux raffinat mir-Russja, il-prezz jista’ saħansitra jitla’ għal $300-il barmil. Ir-Russja qalet li l-Ewropa tikkonsma madwar 500 miljun tunellata ta’ żejt kull sena, u r-Russja tissuplixxi 30% ta’ dan kollu, jiġifieri 150 miljun tunellata, kif ukoll 80 miljun tunellata ta’ petrochemicals – jiġifieri żejt jew gass naturali li jkun raffinat.

Il-President Russu Vla­dimir Putin qal li “l-operazzjoni militari speċjali” hija essanzjali biex tiżgura s-sigurtà tar-Russja wara li l-Istati Uniti espandiet l-alleanza militari NATO lejn il-fruntieri Russi u appoġġjat lill-mexxejja Ukreni.  Min-naħa tagħha l-Ukrajna qalet li qiegħda tiġġieled għall-eżistenza tagħ­ha u l-Istati Unit, l-Ewropa u l-alleati Ażjatiċi lkoll ikkundannaw l-invażjoni Russa. 

Ekonomija

Sport