Friday, November 22, 2024

Ir-Russja u l-Iran ta’ theddida għall-Ukrajna

Aqra wkoll

Ir-relazzjoni tar-Russja u l-Iran għandhom relazzjoni b’saħħitha ħafna, fejn saħansitra iffurmaw alleanza bejniethom sabiex ikabbru l-produzzjoni tad-drones.

Ir-Russja qed tagħti livell bla preċedent ta’ appoġġ militari, jgħid il-kelliem għall-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti John Kirby.

Dan seħħ wara li l-Ukrajna akkużat lill-Iran li pprovdiet lir-Russja b’drones użati f’attakki fatali fis-17 ta’ Ottubru, li Tehran inizjalment ċaħad.

Il-pajjiż tal-Lvant Nofsani iktar tard ammetta li bagħat lil Moska numru limitat ta’ drones, “ħafna xhur” qabel il-gwerra.

B’reazzjoni, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky qal li din kienet gidba u li qed jintużaw ħafna aktar drones Iranjani.

Il-forza tal-ajru tal-Ukrajna qalet li waqqgħet 10 minn 15-il drones bħal dawn użati biex jattakkaw reġjuni tan-Nofsinhar fis-sigħat bikrin tas-Sibt. Il-gvernatur ta’ Odesa qal li l-istrajks ikkawżaw qtugħ tad-dawl fil-biċċa l-kbira tar-reġjun tiegħu.

Intant l-Awstralja ħabbret li qed tissanzjona tliet Iranjani u negozju wieħed Iranjan talli pprovdew lir-Russja b’drones biex jintużaw kontra l-Ukrajna.

Sport