Monday, December 23, 2024

IR-RWOL ĊENTRALI TAL-INNOVAZZJONI FIL-MALTA TA’ GĦADA

Aqra wkoll

L-innovazzjoni hija l-mutur tal-progress ekonomiku ta’ pajjiż. Hija l-fattur primarju li jiddistingwi pajjiż, u li jsaħħaħ u jtejjeb ir-reputazzjoni ta’ pajjiż. L-innovazzjoni għandha wkoll il-kapaċità li tattira l-investiment lejn il-pajjiż. Fuq kollox, l-innovazzjoni għandha l-abiltà li tattira t-talent. U fi żminijiet ta’ sfida li qed ngħixu fihom, l-innovazzjoni tkompli tilgħab rwol kruċjali jekk mhux anke fundamentali. Tassew, għax l-innovazzjoni hija dak l-ingredjent importanti li permezz tiegħu pajjiż għandu l-abiltà li jaħseb barra mill-kaxxa u anke mingħajr il-kaxxa. Tassew għax permezz tal-innovazzjoni jiġu stimulati l-ideat, is-soluzzjonijiet u anke l-bidliet neċessarji. Iva, għax l-innovazzjoni toffri lil pajjiżna l-opportunità sabiex tibqa’ tirriġenera ruħha u b’hekk toħloq aktar ġid għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin. 

Il-Gvern Laburista dejjem emmen fir-rwol ċentrali tal-innovazzjoni. Dejjem emmen li kull tkabbir ekonomiku jista’ jsir kemm-il darba l-pajjiż jibqa’ jinvesti fiż-żerriegħa tar-riċerka u l-innovazzjoni. U ghalhekk, mhuwiex kumbinazzjoni li l-innovazzjoni lagħbet rwol importanti fil-100 idea li ppropona l-Partit Laburista sena ilu u kif ukoll fil-viżjoni ekonomika tal-gvern għall-għaxar snin li ġejjin.

Mhuwiex kumbinazzjoni ir-rwol ċentrali li kellha l-innovazzjoni fil-Baġit 2022. Mhuwiex kumbinazzjoni anqas dak li sar snin ilu fis-settur finanzjarju u fis-settur marittimu. Mhuwiex kumbinazzjoni anqas dak li qed isir fis-settur tal-avjazzjoni fost l-oħrajn.

Però l-gvern ma jistax jerħi l-kolp u jrid jibqa’ jinvesti fl-innovazzjoni. Primarjament irid joħloq kultura favur l-innovazzjoni fost it-tfal u z-żgħażagħ tagħna. U f’dan il-kuntest entitajiet bħal Intrapriza Malta għandhom rwol importanti jekk mhux kruċjali. F’dan il-kuntest is-settur privat ukoll għandu rwol importanti. Kulħadd għandu rwol importanti x’jilgħab biex nassiguraw il-Malta ta’ għada. Il-Malta bħala ċentru ta’ eċċellenza.

Ekonomija

Sport