Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegeħk lejn ir-refereeing?
Il-passjoni tiegħi lejn ir-refereeing bdiet minn meta kont nilgħab jiena stess il-futbol. Niftakar l-ewwel darba li daħlu l-uffiċjali fil-grawnd, u jiena bqajt iċċassata nħares lejn l-uffiċjali tal-logħba deħlin fil-grawnd u jimxu lejn iċ-ċentru. Il-ħwejjeġ tagħhom, speċjalment identifikajt is-salib ta’ Malta bi tmien ponot fuq il-kalzetti tagħhom. Dan ġibidli l-attenzjoni u xtaqt niskopri aktar ir-rwol ta’ referee x’inhu. Kif bdejt nosserva r-rwol u r-responsabbiltà tal-uffiċjali, ħassejt li dan juri eżatt il-karatteristiċi li diġà kienu mibnija fija mill-esperjenzi ta’ ħajti, u fhimt li jiena wkoll nista’ mmexxi din il-professjoni bl-aħjar mod u b’mod professjonali.
Iddeskrivi r-rwol tiegħek bħala referee tal-FIFA.
Bħala referee tal-FIFA huwa ta’ unur għalija li nservi b’mod eżemplari lil pajjiżi. Li nkun parti mill-FIFA ġġorr magħha responsabbilità kbira għax f’kull logħba li tkun qed tmexxi, inti tkun qed tidher bħala ambaxxatriċi, tkun qed tirrappreżenta n-nazzjonal u l-organizazzjonijiet internazzjonali, u tkun lesta li tinvesti u tafda fl-abiltajiet u l-istinti tiegħek.
Tqis li ’l quddiem tirrefja fil-Malta Premier?
Jekk ikollok ix-xewqa żgur li tista’ tasal. Dan huwa motto li ommi darritni bih waqt li qed niġi mrobbija. Minn dejjem inħobb li nagħmel progress u allura dejjem ħerqana biex nikseb suċċess u nagħmel progress u nilħaq l-ogħla potenzjal tiegħi. Jiena dejjem niġġieled biex dejjem jagħmel l-aħjar billi nirrifletti fuq l-esperjenzi li ngħaddi minnhom, speċjalment dawk li jinvolvu d-dgħufija tiegħi. Nanalizza u naġġusta n-neċessitajiet meħtieġa li ser jassistuni biex nikber u nkompli niżviluppa. Il-ħolma tiegħi hija li nitla’ fuq il-quċċata u nkun waħda mill-aħjar uffiċjali, kemm f’livell nazzjonali u anke f’livell internazzjonali. Allura, iva, l-għan tiegħi hu li nasal f’dak l-istat li nkun l-uffiċjal ewlieni li nirrefja, u li nkun parti mill-premier league tal-irġiel. F’dan il-mument bħalissa diġà kelli esperjenzi f’dan il-livell, imma sa issa mexxejt biss erba’ logħbiet uffiċjali, li xorta nikkunsidraha bħala opportunità tajba biex tgħallimni u tgħinni nikseb esperjenza li ser isservini għal dik il-ġurnata meta eventwalment inkun ikkunsidrata u ningħata l-opportunità li nirrefja fil-logħob tal-premiere league tal-irġiel.
Hemm xi logħba li uffiċjajt li tibqa’ tiftakar iktar minn oħrajn?
Kull logħba għandha l-istorja unika tagħha, allura nista’ ngħid li kollha jġibu memorja magħhom. Dawk il-logħob li huma verament jistgħu jibqgħu tifkira kienu dawk li esperjenzajt b’mod internazzjonali, għall-fatt li kelli naħdem ma’ diversi timijiet li kienu jinkludu kulturi differenti. Xi ħaġa vera sabiħa hi li l-futbol jista’ jagħtik sens li inti tħossok parti minn familja li hija eżistenti gloabalment u kulħadd jaqsam mill-istess imħabba u passjoni lejn din il-logħba.
Kemm huwa importanti li jkun hemm komunikazzjoni tajba bejn l-uffiċjali tal-logħba waqt partita u anke mal-plejers li huma atturi fil-grawnd?
Iċ-ċavetta dejjem hija l-komunikazzjoni. Tagħti fehma u tgħolli l-ispirtu tal-logħba minħabba li kulħadd li huwa involut jista’ b’mod trasparenti jifhem id-deċiżjonijiet li jittieħdu skont ir-riżultat tal-logħba. Li tmexxi lit-tim tiegħek stess jagħti sens ta’ armonija u sinfonija li tkun tista’ tidher permzz tat-tim. Li tiddilja mal-plejers jaf tkun sifda, imma dan dejjem ikun jiddependi mill-uffiċjali tal-logħba u kif ser iġibu ruħhom u jtaffu xi sitwazzjonijiet jew imġiba li tkun qed teskala jew hija ta’ sfida, mill-mod kif imexxu, kif jieħdu azzjoni u xl-aħjar li jagħmlu biex jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-plejers, filwaqt li jżommu spirtu pożittiv waqt il-logħba.
Tħoss li hemm rispett adekwat mill-pubbliku sportiv Malti lejn l-uffiċjali tal-logħba?
Ir-rispett jinkiseb biż-żmien u bl-esperjenza. Dan kollu jiddependi mill-personalità tar-referee. L-isport pubbliku Malti jaf ikun iebes xi żmien, speċjalment fil-bidu tal-karriera tiegħek, għax tkun teħtieġ tikseb il-fiduċja u r-rispett lejn l-uffiċjali tal-logħba wara li tkun mexxejt għal diversi drabi.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala referee fil-futbol?
Nara l-futur tiegħi bħala referee nazzjonali u wkoll internazzjonali għax ser nibqa’ nagħmel ħilti u niġġieled biex nibqa’ nikber u niżiluppa f’dak li nħobb nagħmel. Inħobb li nkun ta’ eżempju bħala mexxejja, li nispira lill-oħrajn, u li fuq kollox nassisti u ngħin lill-oħrajn li għandhom bżonn motivazzjoni biex jiksbu s-suċċess tagħhom.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess bħala referee.
Ir-rwol ta’ referee hija esperjenza li tibdillek ħajtek. Toħroġ l-aħjar tiegħek innifsek u tidentifika aspetti fejn hemm bżonn ta’ titjib u li tgħin lill-persuna biex taċċetta, tanalizza, tadatta u li eventwalment tavvanza ’l quddiem. Titlob li wieħed jibqa’ jisfida lilu nnifsu u wkoll jinbidel għall-aħjar u tinkoraġixxi biex taħdem għax-xewqa li trid biex tikseb suċċess.