Monday, December 23, 2024

IR-RWOL TAL-EDUKAZZJONI AMBJENTALI

Aqra wkoll

Sabiex nilħqu l-miri ambjentali sal-2050, jeħtieġ li tittieħed azzjoni issa. L-għanijiet huma ċari, u l-Baġit 2023 se jvara pjan ċar biex pajjiżna b’pass mgħaġġel jasal.

Bħala parti minn dak li se jkun qed jitħabbar fil-Baġit li jmiss, il-gvern se jiffoka fuq l-għajnuna lejn il-familji, negozjanti u operaturi biex jadattaw għal stil ta’ ħajja aktar sostenibbli, użu u trasport tal-enerġija prattiċi biex tassew kull wieħed u waħda minna verament jikkontribwixxi lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. 

Tassew, għax illum, il-bżonn li l-ambjent ikun prijorità m’għadhiex għażla imma bżonn. Hija wkoll obbligu morali u soċjali li kull wieħed u waħda minna għandu lejn il-Malta tal-lum u wisq aktar ta’ għada. Imma biex dan jintlaħaq l-ambjent ma jistax ikun biss prijorità għall-Gvern. Ma jistax ikun biss ‘buzz word’. L-ambjent irid ikun prijorità għal kulħadd. L-ambjent għandu jkun parti minn dak li ngħixu kuljum, parti minn dak li nipprattikaw kuljum, li nemmnu fih kuljum. 

U għalhekk huwa għaqli min-naħa tal-Gvern li se jinvesti fl-edukazzjoni ambjentali. Edukazzjoni li se tkun qed tilħaq lil kull faxxa tas-soċjetà Maltija, li se tkun qed tilħaq li kull settur, li se tkun qed tilħaq lil kull ġenerazzjoni li tifforma s-soċjetà Maltija. 

Iva, għax kulħadd għandu sehem. Kulħadd ghandu rwol. Kulħadd għandu responsabbiltà f’dan il-proċess ambjentali. U din il-prijorità edukattiva l-gvern diġà beda jeżerċita bil-mod kif qed iwassal għand in-nies, għand in-negozji, l-introduzzjoni tal-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb li se tibda topera minn nhar it-Tnejn, 14 ta’ Novembru.

Il-gvern ikkonsulta, il-gvern sema’, il-gvern qiegħed jisħaq fuq l-importanza ta’ edukazzioni kontinwa biex b’hekk is-sistema tiġi introdotta b’suċċess. L-istess il-gvern se jkun qed jagħmel biex iwassal skemi ġodda għand in-nies u għand kull faxxa ekonomika u soċjali Maltija.

Ekonomija

Sport