Sunday, October 27, 2024

Ir-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri spjegat f’attività virtwali

Aqra wkoll

Leo Brincat, il-membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), indirizza attività virtwali li saret mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Kulleġġ Ewropew ta’ Bruges li fiha l-udjenza ngħataw l-opportunità li jifhmu aħjar il-ħidma tal-QEA. 

Brincat fisser l-irwol tal-Qorti bħala għassiesa tal-finanzi Ewropej, il-missjoni tagħha u r-relazzjoni li għandha mal-istituzzjonijiet Ewropej u dawk lil hinn mill-Ewropa. Dan il-membru Malti tal-QEA huwa membru tal-working group tal-Qorti dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Dan l-avveniment speċjali ġie indirizzat mir-Rettur tal-Kulleġġ, Federica Mogherini. Bħala parti mill-open day kien hemm ukoll sessjoni interattiva mal-udjenza Ewropea li fiha ħa sehem Leo Brincat wara l-preżentazzjoni tiegħu.

Sport