Il-kowċ ta’ Bournemouth Andoni Iraola ġie identifikat bħala s-suċċessur potenzjali ta’ Carlo Ancelotti sabiex jieħu r-riedni ta’ Real Madrid sa mill-istaġun li ġej.
Dan l-aħħar kien qed jissemma’ l-kowċ ta’ Bayer Leverkusen Xabi Alonso iżda skont l-istess ġurnali Spanjoli, Iraola hu iktar favorit.
Iraola għandu 42 sena u ma’ Bournemouth hu qed ikun tajjeb ferm tant li kien hemm progress kbir taħt it-tmexxija tiegħu.