Friday, December 27, 2024

Irid jaqta’ d-droga minħabba bintu u għalhekk il-Qorti tifrankalu l-ħabs

Aqra wkoll

Dennis Cremona ta’ 47 sena kellu t-talba tiegħu aċċettata mill-Qorti tal-Appell fejn talab biex il-Qorti tassumi l-funzjoni ta’ Qorti dwar id-Droga.
L-appellant ressaq talba biex il-Qorti tassumi l-funzjoni ta’ Qorti dwar id-Droga.

Mid-dokumenti ppreżentati mill-Bord, fil-fatt, irriżulta li l-appellant “għandu storja twila ta’ abbuż ta’ droga” u li minħabba dan il-vizzju wettaq diversi reati.
Għall-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Edwina Grima, “l-appellant għaraf il-bżonn li jegħleb il-vizzju tad-droga u kkoopera bis-sħiħ fil-programm ta’ rijabilitazzjoni.”

Fil-Qorti ntqal li Cremona dejjem kien konsistenti fl-għoti tal-kampjuni tal-urina li kien obbligat li jipprovdi. Dawn il-kampjuni kollha dejjem irriżulta fin-negattiv għal kull sistanza.

Il-Qorti qalet ukoll li l-appellant segwa l-pjan ta’ kura imfassla għalih, qed jagħmel xogħol fis-soċjetà u anki qed ikollu terapija tal-familja biex isaħħaħ ir-relazzjoni ma’ bintu. Kien b’hekk, li l-Imħallef Grima biddlet is-sentenza ta’ ħabs minn waħda effettiva għal sospiża. Hija kkundannatu sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.

Cremona kien instab ħati wara li ammetta hu stess li fl-2019 kien wettaq serqa ta’ b’€24 fi flus kontanti minn pompa tal-petrol fi Triq il-Wied tal-Imsida, f’Birkirkara.

Dakinhar ir-raħeġ kien intbghat sitt xhur ħabs. Hu kien instab ħati wkoll li wettaq ħsara fuq il-pompla tal-petrol. Il-każ kien seħħ fis-7 ta’ Mejju tal-2019 għall-ħabta ta’ 11.55pm.

Ekonomija

Sport