Sunday, December 29, 2024

Iridu garanzija fir-Renju Unit li l-età tal-pensjoni ma titlax għal 68 sena

Aqra wkoll

Waqt li fi Franza kompliet ir-reżistenza minn unions tal-ħaddiema u għadd ta’ għaqdiet oħrajn kontra l-pjani tal-Gvern Franċiż biex l-età tal-irtirar togħla għal 64 sena, fir-Renju Unit inbeda movimenti minn għaqdiet tal-pensjonanti u anke minn unions biex ikun hemm garanzija mill-Gvern Ingliż li dan mhux se jseħħ. Inġabret ukoll petizzjoni b’eluf ta’ firem kontra jani simili.

L-union Unite fl-aħħar jiem ingħaqdet man-Nationals Pensioners Convention (NPC) u ma’ Scottish Pensioners Forum fejn nidew kampanja li fiha qegħdin jitolbu lill-gvern Ingliż jagħti garanzija li mhux se jgħolli aktar l-età tal-irtirar.

Fost l-attivitajiet li wettqu huma inġabru quddiem il-Parlament Ingliż flimkien ma’ Deputati Laburisti Ingliżi biex jagħtu messaġġ li 68 sena għall-irtirar mhix aċċettabbli.

Din il-kampanja inbdiet wara li l-Gvern Ingliż qal li mhux se jieħu deċiżjoni għalissa dwar iż-żieda fl-età tal-irtirar. Iddikjara li din se jiddeċidiha wara l-elezzjoni.

Unite u l-għaqdiet tal-pensjonanti qegħdin isostnu li l-Gvern kull ma għamel hu li ppospona d-deċiżjoni u dan sar biex jipprova jevita telfa fl-elezzjoni ġenerali.

Ekonomija

Sport