Mill-2,602 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 158 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 74 persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa żdied għal 1,702.
Intant mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 30 persuna pożittiva wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-virus, tmien każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 16-il persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi għall-virus, u għaxar każi minn attivitajiet soċjali.