Monday, February 23, 2026

“Irrid naħfirlu u ninsa kollox”

Mara tgħid dan quddiem il-qorti hekk kif żewġha ġie akkużat bi vjolenza domestika

Aqra wkoll

Hekk kif raġel ta’ 69 sena residenti San Ġwann tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat bi vjolenza domestika, martu talbet lill-qorti biex twaqqa’ l-każ fejn qalet “irrid naħfirlu u ninsa kollox”.

Taħt ġurament, il-mara qalet li t-tnejn li huma ilhom xhur sħaħ għaddejjin minn stress qawwi minħabba xogħol ta’ kostruzzjoni li għaddej ħdejn id-dar tagħhom.

Qalet li ċ-ċirkostanzi huma li huma… “Meta wieħed ikun stressjat jista’ jgħid ħafna affarijiet…” xehdet il-mara filwaqt li sostniet li dak li qalet fir-rapport hu kollu minnu. Il-mara qalet li qed tieħu responsabbilità tal-għażla li qiegħda tagħmel.

Quddiem il-Maġistrat Citien il-mara qalet li ma tridx li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni, iżda wriet ix-xewqa li żewġha jkun segwit mill-ħaddiema soċjali tal-FSWS. Qalet ukoll li ma ssib l-ebda problema li żewġha jibqa’ jgħix fid-dar magħha.

Wara li semgħet ix-xhieda, il-Maġistrat Abigail Critien waqqfet il-proċeduri u ssuġġeriet lill-koppja biex jattendu ‘family therapy’.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Carlos Cordina waqt li l-akkużat kellu jidher għalih lill-Avukat Peter Paul Zammit.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport