Persuna Maltija li qiegħda tfittiex post fejn tikri, tkellmet dwar esperjenza tagħha u d-diffikultà li qiegħda ssib biex issib post.
Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, il-mara tgħid li “qed infittex appartament b’żewġ kmamar tas-sodda u anke b’waħda…” Il-mara tgħid li lesta tħallas sa 800 ewro fix-xahar biex ikollha post diċenti fejn tgħix.
Iżda fl-istess post tallega li hekk kif il-kerejja jinduna li hija Maltija lanqas biss tirċievi tweġiba lura mis-sidien. Tgħid li biex tara jekk dan il-ħsieb tagħha mhux minnu li ħafna sidien ma jridux jikru lill-Maltin, qabdet persuni barranin biex jibgħatu messaġġ fuq l-istess numru tal-post li kienet tixtieq tikri.
“Lil barranin mill-ewwel iweġbuhom u jaraw kif jaslu magħhom biex jikrulhom il-post,” tikteb il-mara filwaqt li talbet l-għajnuna ta’ persuni li kienu qegħdun jaqraw il-post bit-tama li ssib appartament fejn tikri.