Wednesday, December 25, 2024

“Irridu jqatta’ l-bqija ta’ ħajtu f’ċella”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Qatt aktar m’għandna ngħixu vjolenza ta’ dan it-tip fuq n-nisa”. Din kienet is-sejħa kollettiva tal-ġemgħa ta’ nies li lbieraħ filgħaxija nġabret quddiem il-bini tal-Parlament biex issellem il-memorja ta’ Rita Ellul.

Fost il-kelliema li tkellmu fil-viġilja spikkaw uliedha Georgina u Jessica li esprimew taħlita ta’ rabja u niket għall-mewt ta’ ommhom.

“Għalija 30 sena mhumiex biżżejjed, irrid narah jagħmel il-bqija ta’ ħajtu f’ċella għax hu serqilna lill-ommna għal dejjem”, qalet Jessica.

Hija kompliet biex tħeġġeġ lil dawk in-nisa li għadhom qegħdin isibu diffikultà biex ifittxu l-għajnuna u jitbiegħdu mill-periklu għax jekk jibqgħu jżommu fihom infushom bħalma għamlet ommhom, ħadd ma jista’ jgħinhom.

Georgina minn naħa tagħha kompliet fuq l-appell ta’ oħta u qalet li dak li ħadd m’għandu jgħaddi mill-istess martirju li għaddiet minnu ommha.

Id-Direttur tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-NisaLara Dimitrijevic qalet li s-soċjetà falliet lil Rita u wegħdet li tibqa’ taħdem bil-għan li l-ebda mara oħra ma tispiċċa tbati b’dan il-mod.

Preżenti għall-viġilja kien hemm ukoll il-Ministru Owen Bonnici li qal li bir-raġun li jkollok reazzjonijiet ta’ rabja meta nsegwu ġrajjiet koroh bħal dawn.

“Aħna kommessi li nissoktaw il-proċess leġizlattiv għat-tisħiħ tal-liġijiet kontra l-femiċidju u nkomplu naħdmu kontinwament favur ugwaljanza bis-serjetà f’pajjiżna bejn is-sessi”, tenna Bonnici.

Ekonomija

Sport