Tuesday, December 16, 2025

‘Irridu nakkumulaw kemm jista’ jkun punti u post f’kompetizzjoni Ewropea’ – Weder Soares Da Silva

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-futbol?

Iwritt l-imħabba tiegħi għall-futbol mingħand missieri. Minn mindu kont żgħir, il-logħba favorita tiegħi fl-iskola jew fit-triq kienet il-futbol! Ninsab grat lejn Alla talli ppermettili nwettaq il-ħolma tiegħi li nsir plejer tal-futbol professjonali.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul dan l-istaġun sa issa?

L-istaġun huwa twil, għalhekk kellna xi prestazzjonijiet tajbin u oħrajn mhux daqshekk tajbin; bl-istess mod, bir-riżultati, dejjem hemm possibbiltà għal evoluzzjoni u titjib.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?

Irridu nakkumulaw kemm jista’ jkun punti u post f’kompetizzjoni Ewropea. Nittamaw li nilħqu l-għanijiet tal-klabb!

X’tikkummenta fuq il-kowċ, Enzo Potenza?

Juri dixxiplina u xogħol iebes.

U fuq il-kumitat ta’ Marsaxlokk FC immexxi mill-president, Frank Cachia?

Jagħtuna l-aħjar kundizzjonijiet possibbli sabiex flimkien inkunu nistgħu niżviluppaw xogħol kbir.

Taqbel li hemm differenza ta’ livell bejn it-timijiet ta’ fuq u ta’ isfel fil-Malta Premier?

Naħseb li hemm differenza teknika żgħira, iżda t-timijiet kollha għandhom spirtu kumbattiv fil-logħob u kulħadd irid jirbaħ. Dan jagħmel il-logħob kollu diffiċli irrispettivament mill-avversarju.

Taħseb li l-barranin li qed jiġu jilagħbu f’Malta mhux dejjem qed ikunu ta’ livell meta kkomparati mal-plejers Maltin?

Barranin tajbin żgur li jgħollu l-livell tal-klabbs Maltin, m’hemmx dubju dwar dan. Madankollu, hemm ukoll atleti u klabbs tajbin Maltin li jridu japprezzaw lill-plejers lokali.

Kemm int kuntent bil-grawnds fejn jintlagħbu l-logħob tal-Kampjonat BOV Premier?

It-tliet grawnds ewlenin fejn jintlagħab il-Malta Premier huma tajbin u għandhom ħaxix tajjeb. Naħseb li madankollu fil-futur l-MFA tista’ tipprova tibni aktar grawnds.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Li nkompli ngħolli l-livell tiegħi,. Inħobb ingawdi l-mument u dejjem nagħmel l-almu tiegħi kollu. Għadni rrid nilgħab għal ħafna snin u nkompli l-karriera tiegħi.

Nixtieq li tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u/jew iż-żgħażagħ

li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ li jkollhom karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Emmen fik innifsek u fil-ħolm tiegħek! Segwi eżempji tajbin, aħdem ħafna u imxi ’l quddiem!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport