Sunday, August 3, 2025

“Irridu nerfgħu għajnejna ‘l fuq”- il-Papa Ljun fil-Quddiesa tal-Ġublew taż-Żgħażagħ

Aqra wkoll

“Irridu nerfgħu għajnejna ‘l fuq.Il-milja tal-eżistenza tagħna ma tiddependix minn dak li nakkumulaw u lanqas, kif smajna fil-Vanġelu, minn dak li nippossjedu. Pjuttost, hija marbuta ma’ dak li nilqgħu u naqsmu bil-ferħ. Li nixtru, naħżnu, nikkunsmaw, mhuwiex biżżejjed. Irridu nerfgħu għajnejna, inħarsu ‘l fuq.”

Dan kien il-messaġġ li wassal Papa Ljun XIV il-Ħadd filgħodu waqt il-quddeisa tal-Ġublew taż-Żgħażagħ quddiem iktar minn miljun żagħżugħ f’Tor Vergata f’Ruma. Il-Papa Ljun kompli jgħid liż-żgħażagħ li huma għandhom dejjem iħarsu lejn l-affarijiet ta’ fuq biex jirrealizzaw li kkollox jagħmel sens, fost ir-realtajiet tad-dinja. 

Qal li dan kollu jgħaqqadhom ma’ Alla u ma’ ħutna fil-karità, billi jrawwem fihom sentimenti ta’ tenerezza, tjubija, umiltà, ħlewwa, manswetudni, maħfra u paċi. Tenna billi qal li f’dan l-orizzont, huma se jifhmu dejjem aktar xi tfisser li ‘t-tama ma tqarraqx. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport