Friday, December 27, 2024

“Irridu nibqgħu naħdmu biex niġġieldu l-preġudizzji u nassiguraw li kulħadd iħossu parti mis-soċjetà”

Aqra wkoll

Dan huwa l-messaġġ li qed jgħaddi l-Partit Laburista fl-ewwel jum ta’ Settembru, xahar iddedikat għall-persuni LGBTIQ+, permezz tal-bandiera progressiva tal-pride mal-bini taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fil-Ħamrun.

F’kummenti, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista saħaq li l-għażla tal-bandiera progressiva u mhux dik tal-qawsalla tradizzjonali hija sinjifikanti għaliex tibgħat messaġġ aktar inklussiv.

“Għandna biex niftaħru li Malta llum hija leader fil-qasam tad-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+ imma m’għandniex nistrieħu fuq dan is-suċċess. Irridu nibqgħu naħdmu ta’ kuljum biex niġġieldu l-preġudizzji u biex nassiguraw li kulħadd iħossu parti minn soċjeta’ Maltija inklussiva,” saħaq De Battista.

Id-disinn tal-verżjoni progressiva tal-bandiera tal-pride kien żvelat is-sena l-oħra u jinkludi s-simbolu li jirrappreżenta persuni intersex.

Fl-2015, Malta kienet l-ewwel pajjiż Ewropew li għadda liġi biex jipprojbixxi trattamenti jew interventi kirurġiċi fuq tfal intersex mingħajr il-kunsens tagħhom.

Ekonomija

Sport