Sunday, December 29, 2024

“Irridu nibqgħu naħdmu bl-għodda limitata tagħna biex nikkonvinċu lin-nies”

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, fl-aħħar diskors mill-każin tal-partit fil-Mellieħa, elenka fit-tul il-ħidma “dejjem għaddejja” mill-partit tiegħu iżda ma naqasx li għal darb’oħra jattakka lill-Gvern Laburista. F’lista ta’ allegazzjonijiet u kritika Grech semma’ l-Budget 2023 fejn sostna li minkejja kollox, se tibqa’ l-problema tat-traffiku, fis-settur tas-saħħa u fl-ambjent. Fir-rigward huwa qal li huma jridu jibqgħu jaħdmu bl-għodda limitata tagħhom għax iridu jikkonvinċu li l-PN huwa l-partit tal-poplu Malti u Għawdxi.

“Fid-diskors tiegħi li fih għamilt analiżi serja tal-Budget, spjegajt ukoll il-viżjoni tal-PN għal pajjiżna,” qal Grech. Fir-rigward huwa qal li l-Gvern huwa maqtugħ mir-realtà tal-piżijiet li qegħdin jiffaċċjaw in-nies fosthom dik tal-għolii tal-ħajja.

Fost attakki l-Kap tal-PN tkellem dwar il-kontijiet tad-dawl u ilma fejn qal li “għalkemm issa nafu fiċ-ċert li kien hemm is-serq il-Gvern se jagħti l-flus lura ta’ sena biss mentri l-PN se jirranġa d-data u jingħata lura minn mindu tela’ l-Partit Laburista fil-Gvern, jiġifieri mill-2014”.

Ekonomija

Sport