Sunday, November 3, 2024

“Irridu nkunu rġiel u nirrikonoxxu li n-nisa huma aktar suġġetti għal dawn l-istanzi”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Xahar mill-mewt ta’ Paulina Dembska u sentejn mill-mewt ta’ Chantelle Chetcuti, ġie ppreżentat abbozz ta’ liġi li jikkumbatti l-femiċidju. 

F’kumment lil Talk.mt, il-Ministru għall-Ugwaljana, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici qalilna li permezz tal-pakkett ta’ emendi fil-Kodiċi Kriminali ppreżentat, għall‑ewwel darba, l‑liġijiet ta’ pajjiżna se jkunu qed jirrikonoxxu formalment il-kunċett ta’ femiċidju, iġifieri l-qtil ta’ mara jew tifla, proprju għax hi mara jew tifla.

Żied jgħid magħna li kien hemm min staqsa jekk l-irġiel humiex vittmi wkoll u spjega li jeħtieġ li nkunu rġiel u nirrikonoxxu li n-nisa huma suġġetti għal ferm u ferm iktar istanzi ta’ vjolenza mill-fastidju, għall-istupru, sal-forma finali l-femiċidju.

Bonnici qalilna li dawn il‑proposti ma ġewx mill‑arja. “Smajna lis-soċjeta’, li wasslitilna r‑rabja u tħassib tagħha. Iddibattejna dwar dak li għandu jsir fil‑ġimgħat, xhur, u snin li ġejjin. Dan hu biss pass wieħed minn bosta li jridu jittieħdu”, kompla biex jgħidilna.

Il-Ministru saħaq li huwa kruċjali li nbiddlu mentalitajiet u kulturi sħaħ. Qal ukoll li ċertu diskors negattiv u ħażin fuq nisa u fuq persuni li jifformaw parti minn minoranzi f’pajjiżna jrid jispiċċa darba għal dejjem.

“Aħna rridu li Malta tkun l-art tal-opportunitajiet indaqs u biex dan isir, irridu nkomplu nirbħu l-qlub u l-imħuħ  tan-nies favur ir-rispett lejn il-persuna”, tenna 

AQRA WKOLL:


Sport