Tuesday, December 24, 2024

Irtirat l-avviż kontra l-għawm f’parti mill-bajja tal-Balluta

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm Balluta (Madwaril-klabb tal-Waterpolo),San Ġiljan (Site Code B 08) hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mis-7:00 ta’ filgħodu sat-3:00 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Il-pubbliku jista’ wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook: http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 

jew is-sit uffiċjali fuq: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx għal informazzjoni simili.

Ekonomija

Sport