Thursday, March 12, 2026

Irtirata dikjarazzjoni li l-politika barranija tal-UE trid tkun

Aqra wkoll

xprunata u ‘mmexxija mill-interessi”

Kienet dikjarazzjoni mill-aktar xokkanti dik li saret mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursola von der Leyen, liema dikjarazzjoni kienet tgħid li l-politika barranija tal-Unjoni Ewropea trid tkun xprunata u ‘mmexxija mill-interessi’. Ma naqsitx li tgħid li dawn għandhom ikunu interessi Ewropej. Ġustament ħafna bdew jistaqsu u jargumentaw dwar dan.  Dan l-aktar quddiem l-fatt li l-Unjoni Ewropea hi mwaqqfa fuq it-tħaris tal-liġijiet internazzjonali u mad-drittijiet umani. Dak li qalet von der Leyen ġab kritika qawwija b’mod partikolari mill-grupp tas-Soċjalisti Ewropej. 

Quddiem il-kritika  li saret wara von der Leyen, biddlet dik id-dikjarazzjoni u qalet li “l-politika Ewropea tal-Unjoni Ewropea se tibqa’ ibbażata fuq il-liġi internazzjonali u ċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti”. 

Kien proprju lbieraħ li l-President tal-Kummissjoni Ewropea affermat mill-ġdid l-impenn tal-Unjoni Ewropea għall-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, jiem wara li ġibdet kritika talli qalet li l-politika barranija tal-blokk għandha tkun aktar “immexxija mill-interessi”.

Jidher li t-ton konċiljatorju tal-bieraħ intlaqa’ sew minn għadd ta’ membri Parlamentari Ewropea, li ma naqsux li jitkellemu pubblikament u jikkritikaw lil von der Leyen fl-aħħar jiem għal dak li kienet qalet f’laqgħa mal-Ambaxxaturi fi Brussels nhar it-Tnejn.

Von der Leyen, proprio lbieraħ qalet li “l-impenn sod tagħna għat-tfittxija tal-paċi, għall-prinċipji taċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti u għad-dritt internazzjonali huwa ċentrali llum daqs kemm kien fil-ħolqien tagħna.  Aħna dejjem se nżommu dawn il-prinċipji.” 

Kienu diversi dawk li kkummentaw fuq il-fatt li l-Unjoni Ewropea twaqqfet fuq is-solidarjetà u l-ħarsien tad-drittijiet u dan għandu jibqa’ jkun ċentrali fejn tidħol il-politika barranija

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport