Saturday, December 21, 2024

Irtirata l-applikazzjoni għall-iżvilupp f’Villa Schinas f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Ġie irtirata l-applikazzjoni f’Villa Schinas f’Tas-Sliema. Kienet propju l-Kurja li ħabbret dan fi stqarrija, fejn appellat lis-sieħeb kummerċjali li huwa f’dak bir-restawr, sabiex jissospendi l-applikazzjoni.

Ingħad li l-iżvilupp kien f’sit mhux marbut mal-villa nnifisha u li l-istess żvilupp kien maħsub sabiex jipprovdi akkomodazzjoni lil l-istudenti. Skont dak propost, kien hemm pjan li tinbena blokka ta’ ħames appartamenti.

Din il-villa, li l-Arċidjoċesi sejħitilha bħala waħda unika, kellha bżonn retawr kbir. Tant hu hekk li l-ispejjeż involuti f’dan il-proġett huma kbar wisq biex tagħmel tajjeb għalihom il-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor.

Spjegat li se tkun qiegħda ssegwi mill-qrib il-proċess ta’ restawr ħalli kull intervent jibqa’ jirrispetta l-istorja u l-intergrita ta’ Villa Schnias.

Ekonomija

Sport