Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri ntalab jirriżenja wara li uża kliem vulgari fil-konfront tal-avukata ta’ Yorgen Fenech. Fi Tweets li ħalla fuq il-profil tiegħu huwa spjega li hu ma kellux l-intenzjoni li jagħmel dan u li b’hekk l-awtoritajiet konċernati kellhom ikeċċuh jekk riduh jitlaq minn dik il-kariga.
Intant fl-aħħar ħin huwa kkonferma li rċieva sapport kbir mill-pubbliku u wara kuntatt li kellu mal-Ministru Justyne Caruana aktar kmieni dalgħodu kollox jidher li sab postu.
Camilleri qal li wara li hu skuża ruħu għal-lingwaġġ tiegħu fuq il-midja soċjali, is-sejħa biex huwa jirriżenja ġiet irtirata.
Huwa qal li l-ħidma tiegħu se tkompli b’mod normali b’impenji li għandu għada stess.