Saturday, November 16, 2024

Irvellijiet f’ħabs marbutin mal-Covid-19 iwasslu biex jinqatlu sitt priġunieri filwaqt li jindarbu 35 oħrajn

Aqra wkoll

Irvellijiet marbutin mal-pandemija tal-Covid-19 fil-ħabsijiet tas-Sri Lanka wasslu biex inqatlu sitt priġunieri filwaqt li ndarbu 35 oħrajn meta gwardjani tal-ħabs bdew jisparaw tiri biex iġibu s-sitwazzjoni taħt kontroll.

Irvellijiet ta’ din ix-xorta fil-ħabsijiet tas-Sri Lanka, li qed jilqgħu ħafna aktar priġunieri milli jifilħu, kulma jmur dejjem aktar qed jiżdiedu matul il-ġimgħat li għaddew, hekk kif il-każi ta’ coronavirus fil-ħabsijiet komplew jiżdiedu b’mod sinjifikanti.

Kelliemi għall-Pulizija Ajith Rohana qal li l-priġunieri ħolqu inkwiet fil-ħabs ta’ Mahara, li jinsab madwar 10 mili fit-Tramuntana tal-belt ta’ Colombo, bil-gwardjani jipprovaw iġibu s-sitwazzjoni taħt kontroll.

Jidher li l-priġunieri pprovaw jieħdu l-kontroll tal-ħabs, b’mijiet minnhom jipprovaw jaħarbu. Rohana żied jgħid li kaġun tal-irvell il-priġunieri kissru diversi partijiet tal-ħabs, fosthom uffiċini.

Huwa qal ukoll li żewġ gwardjani tal-ħabs weġġgħu b’mod kritiku fl-irvellijiet.

Mijiet ta’ pulizija ntbagħtu l-ħabs biex jgħinu lill-gwardjani jżommu kontroll tas-sitwazzjoni, filwaqt li jżidu s-sigurtà madwar il-binja.

Ekonomija

Sport