Sunday, December 22, 2024

Irwiefen qawwija mistennija jaħkmu r-Renju Unit

Aqra wkoll

L-uffiċju meterjoloġiku Ingliż qed ibassar li r-Renju Unit se jiffaċċja riħ qawwi ‘mhux staġjonali’ aktar tard din il-ġimgħa, b’buffuri ta’ riħ li jlaħħqu qawwa ta’ 45 mph.

Il-maltempata tropikali Alex bdiet fl-Amerika u dalwaqt se tinfirex lejn pajjiżi oħra fosthom ir-Renju Unit.  Skont l-uffiċċju meterjoloġiku se jkun hemm riħ partikolarment qawwi f’xi nħawi tar-Renju Unit mil-lum ‘il quddiem fejn se ssegwi x-xita f’bosta nħawi madwar il-pajjiż.

Fl-Amerika, il-maltempata Alex diġà ħolqot diżordni u kkawżat tfixkil kbir madwar diversi stati fosthom Florida.

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda kien hemm xita qawwija f’diversi reġjuni, inkluż Miami, li allegatament esperjenzat aktar minn ħames pulzieri ta’ xita.

Fir-Renju Unit, ix-xita mhux se tkun daqstant qalila u se timxi mill-punent għal-lvant, hekk kif il-maltempata ġġib iktar pressjoni baxxa.

Oli Claydon, kelliem għall-Uffiċju Meterjoloġiku qal li r-riħ huwa l-parti ewlenija tal-istorja – irjieħat qawwija mhux staġjonali għaż-żmien tas-sena.

Huiwa żied jgħid li l-maltempata fil-biċċa l-kbira se titlef is-saħħa tagħha hekk kif tavvanza fi tmiem il-ġimgħa u li ‘m’għandhiex il-proprjetajiet tropikali regolari tagħha f’termini ta’ saħħa.

Minn għada l-Ġimgħa, l-irjieħ b’xi ħalbiet tax-xita se jitqawwew madwar ir-Renju Unit u se jaħkmu l-iktar il-partijiet tal-punent, partikolarment il-majjistral tar-Renju Unit, li jinkludi l-Irlanda ta’ Fuq, il-punent tal-Iskozja u partijiet tat-Tramuntana tal-Ingilterra.

Din il-maltempata hija turija ta’ temp imprevedibbli għal ħafna mir-Renju Unit.

Ekonomija

Sport