Tuesday, December 24, 2024

Is-64 Edizzjoni tal-Malta – Syracuse Offshore Yacht Race se ssir għada s-Sibt

Aqra wkoll

Ir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione Siracusa) ser jkunu qed jospitaw l-64 edizzjoni tal-Malta-Syracuse Offshore Yacht Race, li hija waħda mill-eqdem tlielaq tal-ibburdjar fil-Mediterran.

Ikkreat minn John Illingworth, baħri famuż fin-Navy Brittanika, isem it-tellieqa nkitbet fl-istorja tal-ibburdjar. Sa mill-ewwel edizzjoni, it-tiġrija laqgħet dgħajjes mill-Italja u minn Malta, ħerqana li jtellqu f’ambjent kompetittiv iżda fuq bażi ta’ħbiberija.

Id-direzzjoni tat-tellieqa talterna kull sena. Dan iffisser li t-tellieqa ta’ 80 il-mil nawtiku din is-sena ser tara l-flotta titlaq minn Malta u tispiċċa f’Siracusa.

Il-flotta fuq il-linja tat-tluq se tkun magħmula minn 28 dgħajsa, li 12 minnhom se jkunu dgħajjes Maltin.

Fost il-flotta hemm Capitano Corragiosi ta’ Ferdinando Arcucci rebbieħ tat-trofew tal-2008, filwaqt li Pep ta’ Mark Camilleri, rebbieħ tal-Kategorija IRC tas-sena l-oħra se jkun ukoll f’Marsamxett fuq il-linja tat-tluq.

Hekk kif id-dgħajjes jagħmlu l-aħħar preparamenti qabel il-bidu ta’ għada, illejla se jkun organizzat Race Briefing u riċeviment mir-Royal Malta Yacht Club.

It-Tellieqa Malta – Syracuse se tibda nhar is-Sibt 13 ta’ Lulju fid-930 ta’ filgħodu fil-Port ta’ Marsamxett.

Ekonomija

Sport