Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nibda u nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa f’Malta u Għawdex. Min-nursing aids, nurses, mediċi u paramediċi kollha. Kulħadd jagħti sehem f’ħafna timijiet multi dixxiplinarji. Fejn ħafna professjonisti jaħdmu flimkien biex iservu lill-pazjenti kollha. Nistgħu ngħidu li bil-ħidma ta’ dawn il-professjonisti jsiru l-mirakli kuljum u ħafna tbatija u wġigħ jisparixxu u eluf ta’ pazjenti jibdew jgħixu ħajja normali. Is-sena l-oħra ħabbar il-Minstru tas-saħħa, il-Professur Jo Etienne Abela, li sar rekord ġdid għax mal-tlieta u sittin elf operazzjoni seħħew fl-Isptar Mater Dei u dan mhux qiegħed ninkludi l-interventi li saru fi sptarijiet oħrajn, il-viżti fl-Emergenza, l-out patients u ċ-ċentri tas-saħħa.
Ngħid il-verità, vera nħossni fortunat li ngħix Malta. Għanda livell ta’ kura tas-saħħa għoli ħafna u mhux biss imma huwa aċċessibbli u qrib il-poplu. Kliniċi f’diversi lokalitajiet, polikliniċi f’oħrajn u diversi servizzi imferxin mal-pajjiz kollu li faċilment wieħed jaċċessahom. Paralella ma’ din is-sistema robusta ta’ servizzi ta’ saħħa b’xejn għal kulħadd għandek imbagħad sistema fejn kull individwu jista’ jsejjaħ tabib tal-għazla tiegħu. F’qasir ħin, allura, persuna tista’ tiġi mgħejjuna medikament jew mis-servizzi li jofri l-istat jew mis-servizzi privat li huma aċċessibbli u affordabli minn kulħadd.
Poplu b’saħħtu
Ir-riżultat ta’ dan is-servizz ta’ saħħa formidabbli u aċċessibbli jimanifesta ruħu fil-fatt li l-poplu Malti u Għawdxi huwa wieħed mill-popli li l-iktar li jgħix u li l-iktar li jgħix b’saħħtu ġewwa l-Ewropa kollha. Meta l-Gvern tal-Perit Mintoff kien għamel il-qasam tas-saħħa b’xejn għal kulħadd fl-1979 l-medja ta’ snin li ngħixu kienet ta’ 67-il sena. Filwaqt li llum sitta u erbgħin sena wara l-medja ta’ snin li jgħixu tal-irgiel hija ta’ 83 sena u 85 sena għan-nisa. Grazzi għall-Gvern Laburista tal-Perit Mintoff żidilna ħajjitna b’16-il sena. Filwaqt li t-tfal li qegħdin jitwieldu llum qiegħed ikun imbassar li il-medja ta’ snin li dawn it-tfal sejrin jgħixu hija ta’ mitt sena.
Filwaqt li fl-2012 in-nefqa tal-Gvern fuq is-saħħa f’Malta kienet ta’ 8.7 fil-mija tal-prodott gross domestiku u kważi wieħed fil-mija inqas mill-medja tal-pajjiżi l-oħra fil-Unjoni Ewropea. Tajjeb li ngħidu li Gvern Laburista sas-sena 2023 kien diġà ttrippla n-nefqa fuq il-qasam tas-saħħa u allura din kienet żied in-nefqa bi kważi żewġ terzi ta’ biljun ewro. Fl-2023 kienet nefqa ta’ 930 miljun ewro li tiġi tliet darbiet aktar mill-aħħar nefqa li kienu ddedikaw Gonzi PN għal dan is-settur. Filwaqt li n-nefqa rekord għall-qasam tas-saħħa u anzjanità attiva għas-sena 2025 huwa stmat li sejjer jkun b’kollox is-somma relord ta’ 1,528,987,000 ewro. Xi ħadd jista’ jgħid li Gvern Laburista ma jpoġġix is-saħħa fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu meta anke jara l-ammont kbir ta’ riżorsi li jpoġġi għad-dispozizzjoni ta’ dan il-qasam?
Siegħa tal-prova
Il-Prim Ministru Abela fis-siegħa tal-prova, meta d-dinja kollha kienet staġnata u kulħadd kien qiegħed jħares lejn u jistenna li l-qasam tas-saħħa ta’ pajjiżu jidħol għalih. Quddiem il-kriżi kbira li ġabet il-Covid, qal ċar u tond, ir-riżorsi għall-qasam tas-saħħa huma bla limitu. Nistgħu ngħidu li kien proġettat mill-esperti li minħabba l-Covid f’Malta kellhom jitilfu ħajjithom mal-14-il elf persuna. Jiddispjaċini għal kull wieħed u waħda li tlifna però, in-numru ta’ nies li tlifna huwa ħafna ‘l bogħod minn dak proġettat. Dan kollu grazzi għall-mod professjonali li bih ħadem il-Gvern u ħadem id-dipartiment tas-saħħa. Intant f’konferenza tal-ahbarijiet l ex deputat Prim Ministru u Ministru tas-sahha Mr Fearne fil 24 ta’ Novembru 2021 kien qal li Malta ghandha l-Inqas rata ta’ mwiet bil-Covid 19 minkejja li kien apella ukoll li l-poplu jkompli jiehu il-vaccin necessarju.
Budget b’saħħtu fis-saħħa
Kif diġà semmejt, in-nefqa ta’ dan il-Gvern imqabbla mal-aħħar Gvern Nazzjonalista hija li għal kull ewro li nefaq Gvern Nazzjonalista f’dan il-qasam, Gvern Laburista qed jonfoq kwazi erbgħa. Dan juri biċ-ċar kemm dan il-Gvern jinvesti fin-nies. Għax ejja ngħiduha kif hi: x’għandna aħjar u aqwa minn saħħitna? Ħafna nies li jesperjenzaw il-mard jgħidulek dan l-fatt u għandhom raġun. Il-Ministru tas-Saħħa Jo Ethienne Abela qal li is-sena l-oħra komplejna nżidu sensiela ta’ servizzi ġodda u iktar u iktar operazzjonijiet u li dan kollu huwa possibli għax il-Gvern Laburista għandu wieħed mill-aqwa Ministri li qatt kellu fil-qasam tas-saħħa jmexxu dan is-settur. Imma wkoll għax kompla jagħti budget b’saħħtu biex ikun jista’ jkompli jżid is-servizzi, il-lista tal-pilloli b’xejn, kliniċi ġodda u iktar tilqim lill-poplu tagħna. Komplew jiżdiedu l-kliniċi f’diversi lokalitajiet u postijiet strateġiċi u dan kollu qiegħed isir mhux biss biex nilqgħu għall-isfidi li għandna llum, imma ħafna kliniċi li qegħdin jiftħu issa jridu jkomplu jikbru ħalli jkomplu jagħtu servizz lill-poplu tagħna fix-xhur u snin li ġejjin.
Ekonomija b’saħħitha
Il-Malti jgħidlek bla flus la tgħannaq u lanqas tbus. Dan il-pajjiż esperjenza żewġ mirakli ekonomici wieħed taht it-tmexxija tal eks Prim Ministru Muscat li daħal wara l-ħerba ekonomika li gvernijiet ta’ Gonzi PN kienu għamlu u l-miraklu ekonomikul-ieħor seħħ taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Abela li wara li ħriġna mill-Covid, minħabba id-deċiżjonijiet għaqlin li ttieħdu Għawdex u Malta setgħu jqumu mid-daqqa kbira li kienet qalet id-dinja bil-Covid u jerġgħu jibdew jaħdmu. Illum għandna ekonomija b’saħħita grazzi għall-mod għaqli u professjonali li qiegħed jitmexxa pajjiżna mill-Prim Ministru Abela. Kieku m’għandniex il-flus għal qasam tas-saħħa u oqsma oħħrajn bħal dak soċjali, edukattiv, ambjentali, infrastruttura, toroq u enerġija primarjament. Kieku nistgħu niktbu manifesti elettorali sbieħ għax kieku jibqgħu fuq l-ixkaffa kif wara kollox kien jagħmel il-PN li għax kellu ekonomija zoppa, spiċċa bieh it-teżori kollha tal-pajjiż u mela l-kaxxa ta’ Malta bid-dejn li spiċċa ħafna minnu ħallsu l-Gvern Laburista f’dawn l-aħħar 11-il sena.
Aħna li għandna ftit xahar griż nafu sewwa li l-ekonomija b’saħħitha ma kinitx minn dejjem. Imma hija frott deċiżjonijiet tajbin ta’ Prim Ministru bi prinċipji u valuri sodi u li kollox mibni fuq il-bażi tal-ġustizzja soċjali. Aħna nafu wkoll żminijiet oħrajn fejn batejna u għexna diffikultajiet kbar għax ma kellniex dak li għandna llum. Determinat li nkompli naħdem biex nikkoltivaw dak li għandna llum ħalli nkomplu nsaħħu dak li għandna u nagħtu l-aqwa futur lill-ġenituri tagħna, lil uliedna u wlied uliedna.