Sunday, December 22, 2024

“Is-saħħa lill-Għawdxin. Is-Saħħa lill-Maltin”

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

“Is-Saħħa lill-Maltin, is-Saħħa lill-Ħaddiem.” Din hija t-tema li sostna l-Prim Ministru Robert Abela fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista li tellqet uffiċjalment il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista għat-8 ta’ Ġunju.

“Irridu nagħtu s-saħħa. Għalhekk qegħdin hawn. Għalhekk dħalt fil-politika. Qegħdin hawn għal pajjiżna. Pajjiżna li tant nemmnu fih. Iva, nemmen f’Malta. Iva, ngħixu f’pajjiż sabiħ. Ngħixu f’pajjiż li għandna nkunu kburin bih. Iva, dak tagħna huwa pajjiż uniku.

Il-Prim Ministru semma kif l-investiment fl-edukazzjoni u fis-saħħa u li tirtira’ b’dinjità fl-aħħar perjodu ta’ ħajtek huwa l-aqwa investiment.

“Ħaddieħor – dan kollu jsejjaħlu spiża. Aħna nsejħulu l-aqwa investiment. Imma dak l-investiment irridu nkomplu nżiduh. Fl-edukazzjoni – skejjel ġodda. Inċentivi għal min jibqa’ jistudja u aktar scholarships. Fis-saħħa, għandna sistema li jfaħħruha l-għaqdiet internazzjonali. Iżda, li teħtieġ investiment ġdid. Investiment li qed inħabbru u se nwettqu. Għandna pajjiż sabiħ. Bliet u rħula b’ħajja vibranti. Ser ninvestu biex nagħtu aktar spazji pubbliċi lura lin-nies. Il-Kalkara, il-Mosta, il-Mellieħa. U nista’ nibqa’ nsemmi. Baqalna x’nagħmlu biex ikollna pajjiż iktar nadif. U qed naħdmu fuqha ghax nemmen li hi prijorità. Fuq kollox pajjiż fejn mhux biss issib ix-xogħol, imma karriera. U pajjiż fejn tista’ tħobb lil min trid. Dak hu pajjiżna!” tenna l-Prim Ministru Robert Abela.

Gvern li dejjem kien man-nies

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-ħdima li saret minn dan il-Gvern u li dan il-Gvern dejjem kien man-nies.

Beda biex semma l-pandemija fejn b’mod ċar il-Gvern wera li kien qiegħed jgħin lin-nies. Semma l-gwerer li għaddejjin madwar id-dinja li ġabu splużżjoni fil-prezzijiet madwar id-dinja. “Aħna għażilna li nkunu man-nies u f’Malta għadna prezzijiet tal-enerġija li baqgħu stabbli. Daħħalna inizjattivi f’saħħithom fejn ġibna stabblità fil-prezzijiet tal-ikel,” qal Dr Abela filwaqt li semma diversi miżuri pożittivi oħrajn.

Li tkun responsabbli mhux dgħufija

“Li tieħu t-triq tar-responsabbilità mhux dgħufija… Inbidlu fejn meħtieġ, iżda nkomplu ntejbu fuq il-ħafna tajjeb li sar,” stqarr il-Prim Ministru.

Il-kelliem qal li l-isfidi nidħlu għalihom u ngħelbuhom kollha sakemm nibqgħu magħqudin. Tenna li fl-2019 l-establishment ta’ dan il-pajjiż ħaseb li se jwaqqaf lill-Partit Laburista milli jkompli jmexxi lil dan il-pajjiż. “Aħna weġibna billi konna magħqudin u konna responsabbli,” tenna Dr Abela.

Ekonomija

Sport