Monday, August 4, 2025

“Is-saħħa mentali hi prijorità nazzjonali” 

- il-Ministru Jo Etienne Abela

Aqra wkoll

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela enfasizza li s-saħħa mentali hi prijorità nazzjonali. “Għalhekk dan il-Gvern qed jinvesti bla preċedent, fil-kura tas-saħħa mentali fil-komunità.”

Il-Ministru Abela fakkar li disa’ xhur ilu, ġie mniedi investiment ta’ 4 miljun ewro u nofs biex jissaħħu s-servizzi tas-saħħa mentali madwar il-pajjiż u jmorru qalb il-komunitajiet. Barra minn hekk, ftit tal-ġimgħat ilu, il-Gvern, flimkien mal-Fondazzjoni Richmond, bdew jingħataw korsijiet bla ħlas tal-Ewwel Għajnuna f’għadd ta’ lokalitajiet fil-gżejjer Maltin.

Il-Ministru Abela sostna wkoll li l-proċess tat-tender tal-bini tal-estensjoni tal-emerġenza u s-swali tas-saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei jrid jieħu l-perkors tiegħu skont il-liġi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport