Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-Hyrox?
Mill-bażi tal-crossfit fejn naħdmu ħafna workouts fuq il-magni ma kinitx xi ħaġa ġdida, imma meta beda jaqbad l-isport in-nies xtaquh. Bdejt ninvolvih fil-kowċing u l-‘classes’ u bilmod bdejna nikkompetu f’dan l-isport is-sena l-oħra.
X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?
Jien kowċ b’għaxar snin esperjenza fis-settur u fundatur tal-gym ‘The Workshop’. F’dawn is-snin ksibna ħafna suċċessi iktar fid-dinja tal-crossfit u tlajna podiums bħala gym u rajna atleti jikbru.
Kif tqis il-livell tal-Hyrox f’pajjiżna fil-preżent?
Bħalissa l-Hyrox huwa l-isport tal-mument. Naħseb jien li kull sport kiber daqsxejn f’pajjiżna u jien naħseb li huwa bieb miftuħ ġdid għal ċerti nies li jridu xi ħaġa ġdida. Wara li kienu atleti, min kien imur biss il-gym. Għaliex? Għax hija tiġrijia strutturata b’movimenti mhux kumplikati.
U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom?
Kif diġá semmejt, jien nagħti l-kowċing għal dan l-isport u kultant, kull ftit xhur norganizzaw kompetizzjonijiet ‘in-house’ għall-membri tagħna.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-Hyrox?
Jien qalbi qiegħda ġol-Crossfit peró nixtieq inkompli nitħarreġ fuq l-isport hekk kif ikolli iktar x’noffri lill-membri tagħna. Jien personali huwa sfida għalija u nibqa’ nħeġġeġ nies biex jipprattikaw xi forma ta’ sport. Tajjeb insemmi li fit-12, id-19, il-25 u s-26 ta’ Ottubru li ġej, se jkollna kompetizzjoni importanti tal-Hyrox bl-isem ta’ ‘Savage League’.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-Hyrox.
Naħseb li min irid jittrenja bi ħseib f’dan l-isport irid jinvesti bis-sħiħ f’kowċ u taħriġ bi ħsieb. Kif naraha jien mir-riċerka li għamilt u minn nies li nara, irid ikollok taħlita ta’ ġiri u saħħa … ma tistax tipprattika l-Hyrox waħdek għax huwa sport intensiv. Trid tiffoka fuq il-dgħufijiet li ħafna minn nies tal-Hyrox jagħżluh għax huma tajbin fil-ġiri, mentri wieħed għandu jinnota li s-saħħa tilgħab parti importanti f’dan l-isport!