Is-sala tan-nisa fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fl-aħħar jiem ġabru is-somma ta’ 5,200 ewro b’risq Puttinu. Dawn il-flus ġew ippreżentati lir-rappreżentant tal-istess għaqdex f’Għawdex Carmel Camilleri.
F’messaġġ li kitbu fuq il-midja soċjali, infermiera li jaħdmu fis-sala tan-nisa rringrazzjaw lill-kollegi, ħbieb u anke lill-familja tal-appoġġ li tawhom f’din l-inizjattivia.
“Kien suċċess kbir il-bake and Sale li sar għal din is-sena…” kitbu fuq il-midja soċjali filwaqt li awguraw il-Milied it-Tajjeb lil kulħadd.