Friday, November 1, 2024

Is-Sależjani t’Aleppo joffru kenn lin-nies li ntlaqtu mit-terremot fis-Sirja

Aqra wkoll

Għalkemm iċ-Ċentru tas-Sależjani f’Aleppo sofra xi ħsarat żgħar, fosthom twieqi mkissrin, dan iċ-Ċentru fetaħ il-bibien tiegħu għal dawk li ħtieġu l-għajnuna. Intant, appena nħass terremot qawwi, is-Sależjani laqgħu ammont ta’ familji li marru jfittxu refuġju għandhom, tant li bħalissa ċ-Ċentru qed joffri kenn lil iktar minn 300 persuna.

Uħud min-nies li ngħataw kenn fid-dar tas-Sależjani f’Aleppo

“Ġew b’ta’ fuqhom senduq u min-naħa tagħna provdejnielhom ħwejjeġ xitwin biex jilqgħu kontra l-kesħa u tajniehom x’jieklu. Dawn in-nies mhux talli kienu jinsabu fil-periklu minħabba l-gwerra, talli issa ħabbtu wiċċhom ma’ periklu ieħor kawża tat-terremoti … issa jinsabu protetti magħna”. Qal dan Fr Alejandro Leon, Provinċjal tas-Sależjani tal-Lvant Nofsani, li bħalissa jinsab f’Aleppo nkarigat mit-tmexxija ta’ grupp ta’ nies li qed jassistu lill-vittmi f’din il-kriżi li nqalgħet minn imkien.

Ilbies għan-nies li ngħataw kenn fid-dar tas-Sależjani f’Aleppo

Is-Sależjani ilhom għaddejjin bil-ħidma tagħhom f’Aleppo sa mill-2011, mat-tfaqqigħa tal-gwerra fis-Sirja. Wara 12-il sena ta’ għajnuna kontinwa matul il-gwerra, issa jinsabu kostretti li jgħinu lill-persuni milquta minn dawn it-terremoti, anki jekk mhix sitwazzjoni faċli, “għax iċ-ċittadini għandhom bżonn għajnuna urġenti”.

Is-Sależjani ta’ Malta nedew ġbir ta’ fondi sabiex ikunu jistgħu jagħtuhom donazzjoni lin-nies t’Aleppo, is-Sirja, li huma vittmi tat-terremot li laqat il-belt tagħhom it-Tnejn li għadda.

Dawk li jixtiequ jagħtu kontribut finanzjarju f’din il-kawża ġusta, jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtu ċekk lis-Sależjani ta’ Tas-Sliema bid-dettalji t’hawn taħt:

Salesian Aleppo Earthquake AppealDon Bosco Foundation10, St John Bosco Street, SliemaName of Bank: APS BankAddress of Bank: Tower Road, Sliema
IBAN: MT85APSB77013000000043645620013
BIC: APSBMTMT

Jekk tixtiequ iktar informazzjoni, ibagħtu e-mail fuq dan l-indirizz elettroniku [email protected] jew ċemplu fuq 99296552.

Sport