L-Assoċċazzjoni tal-Annimali Abbandunati ħarġu appell biex jinstab is-sid ta’ żewġt iklieb li nstabu jiġru fit-toroq ta’ Ħ’Arrard.
Kien jum il-Milied li dawn il-klieb dehru jiġru fit-toroq u dalgħodu marru tal-AAA biex inġabru.
Huma nstabu lebsin ilbies tal-klieb, iżda ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ min jistgħu jkunu. Lanqas huma ċċipjati.
L-AAA qed issaqsi li dawn huma ta’ xi ħadd żgur għax ma jidhrux li kienu klieb mitluqin u abbandunati.
Qed jappellaw li min tilef dawn il-klieb għandu jċempel fuq 79730921.
AAA.