Saturday, November 23, 2024

Is-Sea Watch terġa’ tibda bis-salvataġġ tal-immigranti fil-Mediterran …b’żieda ta’ bastiment imħallas mill-Knisja Protestanta Ġermaniża

Aqra wkoll

L-għaqda non-governattiva Sea-Watch reġgħet bdiet bl-operazzjonijiet ta’ salvataġġ tal-immigranti fil-Mediterran, wara li kienet waqfet għal tliet xhur, minħabba li parti kbira mill-Ewropa kienet f’lockdown.

Is-Sea Watch 3 telqet mill-port ta’ Messina u tinsab fi triqitha lejn il-Kosta Libjana. Dgħajsa ġdida, li ġiet iffinanzjata mill-Knisja Protestanta Ġermaniża – Sea Watch 4 – ukoll sejra lejn il-Libja fi ftit ġimgħat hekk kif titlaq mill-port ta’ Burriana, qrib Valencia. 

Dawk kollha abbord is-Sea Watch 3 għaddew 14-il ġurnata kwarantina u għamlu test għall-Coronavirus qabel ma telqu minn Messina. Dan il-bastiment se jkun l-ewwel wieħed tal-NGOs li jerġa’ jibda jopera f’din iż-żona fl-aħħar xahrejn. 

F’April, il-bastimenti Alan Kurdi u l-Aita Mari, li wkoll huma bastimenti ta’ salvataġġ u li kienu komplew bl-operat tagħhom minkejja l-Coronavirus, ġew imwaqqfin mill-gwardja tal-kosta Taljana minħabba problemi tekniċi. 

Sport