L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 27 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 62 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk, il-każi attivi naqsu għal 442.
It-total ta’ mwiet baqgħu 797 wara li bejn it-Tnejn u t-Tlieta ma kienet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-pandemija.