Saturday, October 26, 2024

Is-seba’ rebħa tas-sena għal Corky Ramirez

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fil-korsa tal-Marsa saru d-59 u s-60 laqgħa tal-istaġun. B’kollox saru 18 -il tiġrija fuq temp ta’ jumejn. Spikkaw l-aktar tliet tiġrijiet tal-klassi Premier fuq distanza ta’ mil. Dawn intrebħu minn Surf’N Turf, Corky Ramirez u Liam Dana. 

Fl-ewwel tiġrija Premier, li saret il-Ġimgħa u li kienet organizzata ad unur il-mibki sewwieq u sid Annunziato Schembri intrebħet minn Surf’N Turf (Charles Camilleri) li kien kontinwament quddiem u ħa t-tieni rebħa f’Malta b’vantaġġ ta’ seba’ tulijiet minn Victory Wind (Rodney Gatt). Simili kienet it-tieni tiġrija mill-istess kategorija bil-kwotat Corky Ramirez (Paul Galea) jirreġistra s-seba’ rebħa tas-sena bi ftit minn Diablo d’Herfraie (Rodney Gatt). 

It-tielet tiġrija Premier kienet ikkaratterizzata minn taqtiegħa bejn ħamsa fid-dritta finali fejn eventwalment kien Liam Dana (Charles Camilleri) li ħa t-tielet rebħa tas-sena u t-tieni waħda nfila minn Tuono Lunare (Rodney Gatt), Cristal Pierji (George Attard) u l-ġdid Żvediż Arapaho Ghostdance (Ludvic Ghigo). 

Ir-rebbieħa kollha

Il-Ġimgħa

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Halina Jibay (C. Vassallo) Ħin – 2.02.8” (1.14.9”) 2. Grace d’Auberville (C. Caruana) 3. Farofera (J. Pace) 4. Fee Europa (T. Demanuele)  

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Galeo Du Portugal (J. Axisa) Ħin – 2.02.6” (1.14.8”) 2. Friend (N. Azzopardi) 3. Artiste d’Alice (Ch. Grech) 4. Goldenboy Du Greny (T. Demanuele)  

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Cesario (L. Ghigo) Ħin – 1.59.8” (1.13.1”) 2. Bailiff (N. Barbara) 3. Vuitton Ferm (O. Cauchi) 4. Global Tuxedo (J. Zahra)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Chene De Landisacq (C. Vassallo) Ħin – 2.00.6” (1.13.6”) 2. New Moon Pellini (R. Gatt) 3. Dreams Happen (N. Baldacchino) 4. Ganyboy (J. Farrugia) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Qvanting Indika (A. Cassar) Ħin – 2.00.2” (1.13.3”) 2. Exil d’Erable (Ch. Degiorgio) 3. Equateur Mauzun (I. Stivala) 4. Echo Du Palais (R. Magro) 

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Surf’N Turf (C. Camilleri) Ħin – 1.58.1” (1.12”) 2. Victory Wind (R. Gatt) 3. Diza Du Courtille (I. Stivala) 4. Caucasien (M. Fenech) 

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Aruna Des Jacquets (P. Galea) Ħin – 2.02” (1.14.4”) 2. Cadol De La Noemie (K. Saliba) 3. Powerful Teemer (Sh. Formosa) 4. Elegant Thelois (J. Carabott) 

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Corky Ramirez (P. Galea) Ħin – 1.59.4” (1.12.8”) 2. Diablo d’Herfraie (R. Gatt) 3. Mellby Drake (J. Spiteri) 4. Baron De Majuag (A. Grech) 

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Diamant Nonantais (P. Galea) Ħin – 2.02.3” (1.14.5”) 2. Bottarus (J. Gafa’) 3. M.T. Nosler (A. Pace) 4. Boom Boom Becker (R. Gatt)  

Is-Sibt

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Gringo Marancourt (J. Axisa) Ħin – 2.03” (1.15”) 2. Fleur De Blay (P. Galea) 3. Ideal Pierji (J. Gafa’) 4. Himitri Star (C. Calleja)  

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Firstly Light (C. Camilleri) Ħin – 2.02.8” (1.14.9”) 2. Festival Marlo (R. Gatt) 3. Voyou De Javron (T. Mallia) 4. Invictus Boy (P. Galea) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Duc Des Loyaux (J. Carabott) Ħin – NTR 2. Grease d’Huon (Ch. Degiorgio) 3. Flash Du Condroz (Ch. Camilleri) 4. Gladiateur Flower (R. Magro) 

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Graal (N. Azzopardi) Ħin – 2.01.8” (1.14.3”) 2. Hendy d’Auberville (R. Gatt) 3. Oro Doc (M. Debono) 4. Diego JYL (J. Zahra) 

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Eagle B Butcher (M. Sultana) Ħin – 2.00.7” (1.13.6”) 2. Appreciated (Ch. Magro) 3. Barrio Josselyn (A. Cassar) 4. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Hegoa Smart (J. Gafa’) Ħin – 2.01.9” (1.14.3”) 2. Gaia Lucaxelo (P. Galea) 3. Fine Delo (N. Baldacchino) 4. Likearollingstone (C. Camilleri) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Liam Dana (C. Camilleri) Ħin – 1.59.7” (1.13”) 2. Tuono Lunare (R. Gatt) 3. Cristal Pierji (G. Attard) 4. Arapaho Ghostdance (L. Ghigo) 

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Hunter Montana (T. Demanuele) Ħin – 2.00.3” (1.13.3”) 2. Be Bop Marceaux (J. Briffa) 3. Five O’Clock (P. Galea) 4. Prinsen One (M. Farrugia) 

IX Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Lajos Euro (P. Galea) Ħin – 2.01.9” (1.14.3”) 2. Divine De Montceau (D. Baldacchino) 3. Flash Du Rabutin (G. Magro) 4. Crack De Bas (C. Calleja) 

Sport